Dikjarazzjoni ta’ Roberta Metsola tirrabja lill-persuni LGBTI – One News

Dikjarazzjoni ta’ Roberta Metsola tirrabja lill-persuni LGBTI

Dikjarazzjoni tal-Membru tal-Parlament Ewropew, Roberta Metsola, xejn ma niżlet tajjeb mal-komunità LGBTI. Fil-programm Dissett, Robert Metsola, qalet li ma taqbilx ma’ żwieġ bejn persuni tal-istess sess. Dan fi tweġiba skjetta li tefgħet dubji wkoll fuq stqarrijiet li għamel il-Partit Nazzjonalista fl-aħħar ġimgħat.

Meta  mistoqsija minn Reno Bugeja dwar x’għandu jsir iktar fis-settur, Roberta Metsola wieġbet bi ftit sekondi silenzju sakemm imbagħad qalet li temmen li għandu jkun hemm inqas diskriminazzjoni.

“Id-diskriminazzjoni tiġġieldha bi drittijiet. Taqbel li minflok unjoni ċivili jkollna żwieġ?” staqsa l-preżentatur b’ Metsola tkun ċara kristall.

“Bħalissa ma naqbilx, le,” qalet waħda mill-iktar persuni qrib il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

Persuni attivi favur id-drittijiet ta’ persuni LGBTI kienu ċari mill-ewwel. Id-dikjarazzjoni ta’ Metsola titfa’ dubju fuq il-ġenwinita ta’ stqarrija li għamel il-PN meta qal li hu jaqbel mal-Prim Ministru li l-liġi tal-unjoni ċivili tinbidel fi żwieġ. Dakinhar kien iddikjara li la qal hekk nistgħu nibqgħu nitkellmu biss fuq Panama Papers.

Peró eventwalment Simon Busuttil kien qal li jrid jiddiskuti fil-grupp u kompla jikber it-tagħrif mill-PN li fuq din reġa’ hemm konfużjoni sħiħa b’Simon Busuttil ma jagħmilx dikjarazzjoni pubblika oħra . Kliem Metsola kixfu li anke ċ-ċirku tiegħu huwa kontra din il-bidla.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

2 Comments

  1. Mhux kull diskriminazzjoni hija inġusta. Il-liġi kriminali tiddiskrimina bejn adulti u tfal li għadhom m’għalqux 14-il sena, pereżempju. Imma ħadd ma jista’ jgħid li din diskriminazzjoni inġusta.

    L-inġustizzja (biex ma ngħidx perverżjoni) ssir meta taqbad istituzzjoni fundamentali bħalma hija ż-żwieġ u tgħawwġha b’mod li ġġibha tapplika għal unjonijiet bejn raġel u raġel jew mara u mara.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend