Ritratt sabiħ jew ta’ stmerrija? – One News

Notifiki

Ritratt sabiħ jew ta’ stmerrija?

Dan ir-ritratt ta’ missier li qed iżomm lil ibnu f’ħoġru fix-xower u li ġie ċċirkolat fuq il-Facebook għal diversi ġimgħat qanqal reazzjonijiet varji. Filwaqt li kien hemm min ħassu skomdu u rrapporta biex jitneħħa, oħrajn ħarsu lejh minn perspettiva ta’ sensittività u sens ta’ affezzjoni.

Ir-ritratt tpoġġa fuq is-sit soċjali mill-fotografu Heather Whitten li tgħix f’Arizona, fl-Amerka. Fir-ritratt hemm binha Fox u żewġha, Thomas Whitten – missier it-tifel.Fi kliem l-omm, il-missier u l-iben kienu għarwenin għax Fox qabditu s-Salmonella u kien se jittieħed l-isptar ftit wara.

“Thomas għamel sigħat sħaħ fix-xower m’ibnu biex jipprova jżommlu d-deni milli jkompli jitla’,” kitbet l-omm mar-ritratt li tellegħet. Irrimarkat li l-missier wera paċenzja u mScreen Shot 2016-05-20 at 11.11.41ħabba kbira tant li baqgħetx lura milli tiġbed xi ritratti u xxerridhom fuq is-sit soċjali tagħha.

Iżda xi wħud interpretaw dan ir-ritratt f’sens pedofelija. L-omm kienet sorpriża b’ċerti reazzjonijiet u kummenti negattivi dwar dan “il-mument sabiħ.”

Kontroversja dwar x’tip ta’ ritratti tat-tfal għandhom jitilgħu mhix ġdida. Ix-xahar li għadda, mara Awstraljana, Kelli Bannister, tellgħet ritratt simili għal dak ta’ Whitten, jiġifieri b’bintha ta’ ħames snin f’ħoġorha. Kuntrarjament għal dak ta’ qablu, ir-reazzjonijiet kienu tassew pożittivi.

Dan ifisser li mara tista’ tidher għarwiena ma’ tifel jew tifla, u raġel le?

Ta’ QabelLi Jmiss

3 Comments

  1. Possibbli ghad ghandna nies daqshekk mohhoh maghluq. Genituri ghandhom dmir biex f’cirkostanzi simili, jiehdu l’opportunita’ u jibdew jesponu partijiet intimi ta’ xulxin, u meta t-tfal jibdew jitkellmu, jigu mghallma li dawk huma partijiet privati, li hadd hlief il-mama u l-papa ma jista’ jara jew imiss.

    Meta jikbru izjed, l’istess ghandu jibqa’ jsir, dejjem b’rispett reciproku. B’hekk anki meta l’istess genituri jikbru u anki jixjiehu, l’istess ulied diga’ jkunu mghallma kif ghandhom igibu ruhhom, din id-darba mal-genituri.

  2. Nahseb li min QED igib dawn ir-ritratti huwa bniedem bla mohh. Kif qatt jista’ xi hadd jiggudika meta la taf ic-cirkustanzi u wisq anqas l-intenzjoni.

  3. It all depends on one’s mentality and the culture he/she was brought up with.

    In 1973 or round about a Germany film was shown in our theatre called ‘Helga’ which in reality was an educational film but which showed children bathing (amongst others) with their parents.

    Some were offended but others, the more liberal ones, weren’t.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend