Iva, le u iva mill-ġdid – instabu fdalijiet tal-Airbus A320 – One News

Notifiki

Iva, le u iva mill-ġdid – instabu fdalijiet tal-Airbus A320

L-ewwel qalu li ntsabu, imbagħad li le, imbagħad li iva.

Fdalijiet mit-titjirja tal-EgpytAir instabu fil-Mediterran, skont konfermi tal-militar Eġizzjan u tal-linja tal-ajru nazzjonali. Dan kien diġa’ rrapportat il-bieraħ filgħaxija, iżda ftit wara ntqal li l-fdalijiet ma kienux tal-Airbus A320 li għeb.

Issa mill-ġdid kien ikkonfermat li nstabu oġġetti minn dan l-ajruplan. It-titjijra kienet fi triqitha minn Pariġi għall-Kajr, b’66 persuna abbord, meta ġġarfet. Dawk li qed jinvestigaw l-avventimenti jemmnu li  ġġarfet minħabba att terroristiku.

Fi stqarrija l-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi esprima dieqa kbira. Awtoritajiet Griegi, Eġizzjani, Franċiżi u Ingliżi qiegħdin jieħdu sehem f’operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ qrib il-gżira Griega Karpathos.

map
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend