Bugħaddasa f’diffikultà f’Għawdex – One News

Notifiki

Bugħaddasa f’diffikultà f’Għawdex

Bugħaddasa Ġermaniża ddaħlet l-isptar wara li sabet ruħha f’diffikultajiet fil-bajja t’Għajnsielem f’Għawdex.

Dan ġara dalgħodu meta kienet ma’ grupp ta’ bugħaddasa fix-Xatt l-Aħmar. Wara li bdiet tesperjenza diffikultà, bugħaddasa oħra għenuha lura għal fuq il-blat u sejħu l-għajnuna.

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u ambulanza ssejħu għal fuq il-post u l-mara ttieħdet l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend