David Cameron ‘maħruq’ għalina – One News

David Cameron ‘maħruq’ għalina

Il-Prim Ministru Ingliż David Cameron ma tantx hu kuntent b’Malta bħalissa. Dan għax wara li pajjiżu ilu erba’ snin jiġi l-ewwel f’dik li hi lista ta’ drittijiet għall-persuni LGBTIQ ippubblikata minn ILGA Europe, din is-sena r-Renju Unit waqa’ fit-tielet post. U post ir-Renju Unit ħaditu proprju Malta. F’taħdita fl-uffiċċju tiegħu, magħruf aħjar bħala No 10, Cameron qal: “Irrid dak l-ewwel post mill-ġdid.”

Saħansitra issa għamel il-mira ambizzjuża li jbiddel id-dinja bil-kampanja li jrid jagħmel favur id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ.

Fl-aħħar snin Cameron kien ikkwotat jgħid: “Flimkien għandna nkunu kburin li ngħixu f’pajjiż li huwa ġġudikat bħala l-aħjar fl-Ewropa f’dawk li huma drittijiet.”

Peró din is-sena dik id-dikjarazzjoni tista’ ssir mill-Prim Ministru ta’ Malta.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

1 Comment

  1. Dan is-success grazzi ghal Prim Ministru u ministru Helena Dalli. Huwa ta unur li issa f’pajjizna nistaw nghixu tassew kulhadd ugwali.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend