Seville għat-tielet darba, jew Klopp bl-ewwel waħda? – One News

Notifiki

Seville għat-tielet darba, jew Klopp bl-ewwel waħda?

Illum tintlgħab il-logħba finali mill-Europa League. F’St.Jakob Park l-Iżvizzera, Liverpool jiltaqgħu kontra Sevilla.

Din se tkun is-seba’ finali tal-Europa League minn mindu sar eżerċizzju ta’ rebranding mill-UEFA Cup. Sevilla qed jittamaw li jsiru l-ewwel tim fl-istorja li jirbaħ tliet titli konsekuttivi, wara li għelbu lil FC Dnipro s-sena li għaddiet u u lill-ġganti Portugiżi Benfica fl-2014. Mhux se tkun faċli, fid-dawl li Liverpool irnexxilhom jgħelbu lill-favoriti Borussia Dortmund fi kwart ta’ finali straordinarju, minbarra li għelbu lill-Villarreal fis-semifinali.

Mall-miġja tiegħu f’Ottubru, Jurgen Klopp biddel lill-Liverpool, ressqu lejn il-finali tal-League Cup fi Frar u lejn it-tmien post fil-Premier League – tmiem dinjituż meta wieħed iqis l-inkwiet fil-bidu tal-istaġun taħt il-maniġer preċedenti, Brendan Rodgers. Imbagħad Liverpool ħarġu rebbieħa minn Grupp B fin-knockouts tal-Europa League, biex issuperaw lil Sion, Rubin Kazan u Bordeaux. Saħansitra ssuperaw ir-rivali Manchester United biex dawn spiċċaw mal-aħħar 16, u tellfu l-finali lil Dortmund (eks tim ta’ Klopp) u Villareal.

Sevilla daħlu fl-Ewropa League wara li li kisbu t-tielet post fil-grupp taċ-Champions League, b’Manchester City u Juventus jgħelbuhom dik id-darba. F’dan il-league pero’ għelbu lil Molde FC Basel, Althletic Bilbao (finalisti tal-2012) u Shakhtar Donetsk, li rebħu l-UEFA Cup fl-2009.

 

seville

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend