Ryanair vs Brexit – One News

Notifiki

Ryanair vs Brexit

Mur id-dar u vvota biex l-Ingliterra tibqa’ fl-UE. Dan hu l-messaġġ li qiegħed iwassal Ryanair lil dawk kollha eliġibbli jivvotaw fir-referendum li jiddetermina l-futur tar-Renju Unit.

Ryanair illum niedew skont fuq il-biljetti tal-ajru bl-isem “Fly Home to Vote Remain”.

Tijiriet lejn l-Ingilterra jibdew biss minn €19.99 biex wieħed ikun hemm bejn l-Erbgħa 22 ta’ Ġunju u l-Ħamis 23 ta’ Ġunju. Hemm madwar 1.2 miljun Ingliż li jgħix barra mir-Renju Unit.  Ryanair għandha madwar 41 miljun klijent madwar id-dinja.

Minn nofsillejl ta’ llum sa nofsillejl ta’ għada, klijenti jistgħu jirriżervaw titjiriet lejn kull ajruport Ingliż bi prezzijiet ridotti ferm.

Permezz ta’ stqarrija l-linja tal-ajru ddikjarat li temmen li jekk ir-Renju Unit jibqa’ fl-Unjoni Ewropea, dan iwassal għal aktar ħolqien ta’ impjiegi u tkabbir tal-ekonomija Ingliża.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. The usual scaremongering tactics used by the EU and its apostles all over Europe, to keep supposedly independent and sovereign peoples , unable to govern themselves and kick out those who govern them – the EU unelected bureaucrats in Brussels !

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend