Qraba tal-vittmi ta’ 9/11 jistgħu jfittxu lill-Arabja Sawdija – One News

Notifiki

Qraba tal-vittmi ta’ 9/11 jistgħu jfittxu lill-Arabja Sawdija

Is-Senat tal-iStati Uniti għadda leġislazzjoni biex il-qraba tal-vittmi tat-traġedja tal-11 ta’ Settembru 2011, 9/11, ifittxu lill-Gvern tal-Arabja Sawdija.

Il-leġislazzjoni, li għad trid tgħaddi mill-Kamra tad-Deputati, kellha oġġezzjonijiet ħarxa mill-alleati Amerikani u l-amministrazzjoni tal-President Barack Obama.

Mid-dsatax –il raġel li kienu ħatfu l-ajruplani li ġġarrfu fit-twin towers, ħmistax kienu mill-Arabja Sawdija.

Il-leġislazzjoni ġdida se tagħti d-dritt lill-qraba tal-vittmi li jfittxu lill-Gvern Sawdi għal kull irwol li seta kellu f’dawn l-attakki.

L-abbozz mistenni jneħħi l-immunita li tipproteġi lill-Gvernijiet minn kawżi fil-Qorti, fil-pajjiżi li jinstab li jkunu nvoluti f’attakki terroristiċi fl-Amerka.

Id-Demokratiċi fis-Senat appoġġjaw b’mod sħiħ din il-leġislazzjoni – sapport li qanqal tensjoni mal-amministrazzjoni t’Obama – li saħansitra hedded b’veto.

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend