Multi iktar ħorox għal minn jipparkja f’tal-blu – One News

Notifiki

Multi iktar ħorox għal minn jipparkja f’tal-blu

Fil-ġejjieni qrib, dawk li jipparkjaw il-vettura tagħhom f’post riservat għal  persuni b’diżabilità li għandhom il-badge blue, se jeħlu multa ta’ mhux anqas minn €230 u mhux aktar minn €500 u l-irmonk tal-vettura.

Meta ppreżentat fit-tieni qari l-abbozz ta’ liġi li jipprovdi għal konċessjonijiet ta’ parkeġġ għal persuni b’diżabilità, is-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana kkundannat l-użu abbużiv tal-blue badge u lil dawk li jieħdu d-dritt  tal-persuni b’diżabilità meta jeħdulhom il-post riżervat għalihom. Hija qalet li huwa tal-mistħija li għad fadal min jabbuża u jipparkja f’post riservat għal persuni b’diżabilità.

Jekk persuna li terġa’ tipparkja f’post riservat, din teħel multa ta’ mhux anqas minn €1,000 u mhux aktar minn €1,500, u l-irmonk tal-vettura.

Hija qalet li fl-Ingilterra, min jipparkja f’post għal persuni b’diżabilità jeħel multa ta’ elf lira sterlina.

Il-liġi titfa’ responsabbiltà wkoll fuq qraba ta’ nies b’diżabilità li jkollhom il-blue badge. Dawn ukoll jeħlu multi jekk persuna tuża l-blue badge li m’għadhiex aktar valida jew tuża waħda ta’ detentur li miet jew meta din l-badge ma tingħatax lura lill-uffiċjal awtorizzat mal-mewt tad-detentur.

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

7 Comments

  1. Hekk ghandu jkun, prosit! Ikun tajjeb ukoll li min jimblokka l-karozzi f’dawn il-postijiet jew jimblokka dawn il-postijiet jigi rmunkat.

    1. But we have to make sure that only valid 2016 cards are used. I have heard that the police used to issue blue badge or reserved tickets under the whiter than white administration.

  2. Prosit Dr Justyne imma hudu hsieb lil min qed jinghataw il-blue badges ghax nahseb li hemm il-kamla fl-ufficcju minn fejn jinhargu!

  3. Jien nissuggerixxi Wkoll li jinbidlu il badges il blu ,bhekk ikun qed issir rendikont ta min ghandu dawn il badges ax naf 100% min ghandu u ma haqqux…aw anki gharab li ghandhom u jigu bil karozzi sportivi ,ovjament bis sound hamallu, u rajthom jaghmlu il badge fuq id dash board f,tas sliema..Dan partikuari ma tantx deher disabbli !!.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend