Fl-ilma rbaħna l-ewwel – One News

Fl-ilma rbaħna l-ewwel

Filwaqt li Malta għadha għaddeja tiddiskuti jekk kellniex immorru aħjar bid-diska Walk On Water, fl-ilma erġajna ħriġna bl-unuri. It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo rebaħ l-EU Nations Waterpolo Cup, kompetizzjoni ta’ livell tajjeb ħafna. Il-plejers ta’ Karl Izzo reġgħu wrew xi jsarrfu meta fil-finali għelbu lill-Afrika ta’ Isfel bl-iskor ta’ 14 bi 13 f’logħba li kienet waħda mill-iktar kombattuta.

F’kumment ma’ one.com.mt il-kowċ Karl Izzo qal li din “kienet rebħa sofferta, iżda meritata.”

“Hija rebħa sinjifikanti meta tqis li dan huwa tim ġdid u trid tiftakar lil l-Afrika ta’ Isfel huwa tim b’saħħtu ħafna li jieħu sehem fil-kampjonati tad-dinja. Il-plejers taw qalbhom. Kuntent ħafna,” issokta jgħid b’ton ta’ bniedem mill-iktar sodisfatt. Fuq kollox qal li minkejja li biddel il-grupp għandu għażla tajba għax il-kampjonat qed jitjieb u l-plejers qed jissaħħu. “Kelli plejers ta’ taħt id-dsatax –il sena u għalhekk hemm futur. Nisperaw li nibqgħu naħdmu biex il-waterpolo jkun l-isport nazzjonali Malti,” temm jgħid Izzo.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. Fil waqt fl-ilma sejrin tajjeb u prosit ,unur iehor ghal malta. Fuq l-art il football malti qatt ma kien gravi daqs li hu bhall issa.Finali ta trophy l-attendenza l -aktar mizera 2,400.Veru missejna qieh.MFA PLEASE NOTE.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend