Issa aktar minn qatt qabel, Busuttil għandu jippubblika l-ismijiet – One News

Notifiki

Issa aktar minn qatt qabel, Busuttil għandu jippubblika l-ismijiet

F’konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Ministru Edward Zammit Lewis u l-kandidat għall-elezzjoni ta’ Deputat Mexxej Stefan Zrinzo Azzopardi, saru numru ta’ osservazzjonijiet dwar l-iskema ta’ dejn sigriet tal-Partit Nazzjonalista u dak li għadu kemm ħareġ mill-Panama Papers.

Zammit Lewis u Zrinzo osservaw li fl-ewwel ċans li kellu ta’ kredibilità u influwenza politika, Simon Busuttil ħareg bl-iskema ta’ self sigriet ibbazata fuq il-ħabi. Sfidaw lil Simon Busuttil biex jippublika l-ismijiet lil min ħa jsellef il-flus, sabiex ikun żgurat li dawn mhux ġejjin minn sorsi lleċti. Innotaw ukoll li m’hemm xejn li jiggarantixxi li min isellef se jieħu flusu lura, fid-dawl tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Partit Nazzjonalista.

Intqal li wieħed irid iqis li dawk li jissemmew f’Panama Papers kienu u għadhom marbuta m’amministrazzjoni li qatt m’għamlet xejn biex timplementa l-liġi tal finanzjament tal-partiti.

Minkejja li kien hemm żewg mozzjonijiet u saru protesti u ħafna diskorsi politici, dawn in-nies qatt ma resqu ‘l quddiem u qalu li kellhom rabtiet mal-gurisdizzjonijiet li tant kritika Simon Busuttil. Qatt ma resqu biex imqar jiddikjaraw li kellhom interess.

Fl-aħħar qalu li Simon Busuttil ma jistax juża riga mod għall-Partit Nazzjonalista u mod ieħor ghall-Partit Laburista.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

  1. “saru numru ta’ osservazzjonijiet dwar l-iskema ta’ dejn sigriet tal-Partit Nazzjonalista u dak li għadu kemm ħareġ mill-Panama Papers’

    WITH all due respect we don’t expect mere observations BUT action and swift action too!

    I have been saying all along (since the infamous Cedoli scheme became known) that the PL government should be swift enough and plug immediately the loophole found by the PN.

    Otherwise I would see this as if the PL is closing an eye to all this AND I don’t like this at all!

  2. Mhux ahjar jigu ippublikati kopji tar receipts tal holiday ta Dubai jew jghidilna Egrant ta min hi? Il PN mhux vergni pero jiddispjacini nghid li il Labour t’illum prostituta. Jiddispjacini nara nies bhal Hon Zammit Loius li dejjem qistu genwin imzeblah u jipprova jigbor gieh il partit minhabba it tghaffig ta haddiehor

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend