AĠĠORNATA: Qrib Simon u l-PN fil-leaks tal-ICIJ – One News

Notifiki

AĠĠORNATA: Qrib Simon u l-PN fil-leaks tal-ICIJ

Fil-leaks tal-ICIJ jissemmew ukoll persuni li għandhom rabtiet kbar fil-Partit Nazzjonalista.

Fost dawk li jidhru fit-tagħrif tal-Konsorzju ta’ Ġurnalisti Internazzjonali (ICIJ) hemm ċertu Boris Xerri: eks teżorier tal-Partit Nazzjonalista u ras kbira fl-uffiċċju elettorali tal-istess partit. Tant li jidher ħafna drabi fil-counting hall u jkun fuq quddiem anke meta jkun hemm xi elezzjoni interna fil-Partit Nazzjonalista.

Fuq kollox Boris Xerri huwa wkoll ħabib kbir tal-Viċi-Kap Nazzjonalista, Beppe Fenech Adami u ħuh Michael Fenech Adami. Filwaqt li huwa fdat ħafna minn Simon Busuttil u qrib tiegħu wkoll.
Mit-tagħrif tal-ġurnalisti li ppubblikaw Panama Papers jirriżulta li Xerri għandu l-irwol ta’ Officer & Master Clients. Skont it-tagħrif tal-ICIJ jirriżulta li dan ifisser li huwa bniedem li għandu rwol f’entita offshore u li jgħin lill-klijenti jwaqqfu kumpaniji offshore.
Kumpaniji li tant kritika l-Partit Nazzjonalista fl-aħħar xhur.  Boris Xerri huwa wkoll Direttur f’kumpaniji Offshore irreġistrati l-British Virgin Islands.
Fl-aħħar xhur Boris Xerri attenda l-protesti li organizza l-Partit Nazzjonalista kontra l-koruzzjoni partikolarment kontra l-ftuħ ta’ kontijiet fil-Panama u barra pajjiżna.

L-ICIJ mistennija jippubblikaw iktar tagħrif b’rabta ma’ kontijiet u involviment ta’ Maltin f’Panama Papers.

IWIEĠEB BORIS XERRI

Intant, Boris Xerri wieġeb permezz tal-avukat tiegħu Joe Zammit Maempel. Qalilna hekk:

B’riferenza għall-artikli “Qrib Simon u u l-PN f’Panama Papers”, li dehru fil-One Boris Xerri jiddikjara:

1. Illi huwa qatt ma kien involut f’kumpaniji reġistrati l-Panama la direttament u anqas indirettament.

2. Illi huwa kien debitament reġistrat mal-MFSA (bħala direttur ta’ Unifin Services Limited) biex iservi bħala direttur fiduċjarju għal terzi.

3. Kumpanija li oriġinarjament kienet reġistrata f’Malta ġiet redomiciled fil-British Vergin Islands fl-2008; b’dan kollu ġiet infurmata l-Malta Financial Services Authority (MFSA).

4. L-azzjonisti kienu kollha (100%) barranin u ma jirrisjedux f’Malta. Il-kumpanija ġiet likwidata u maghluqa fl-2012.

5. Wara li ġiet redomiciled barra minn Malta, Boris Xerri kien ġie nominat fiduciary director ta’ din il-kumpanija sa ma ingħalqet fl-2012.

6. Boris Xerri ma għandu u ma kellu ebda azzjoni (share/s) jew interess finanzjarju f’din il-kumpanija, ħlief professjonalment kif fuq ingħad.

NOTA EDITORJALI: Fi ftit kliem ikkonferma li kien involut ma’ kumpanija ‘offshore’ li tant jitkellem kontra tagħhom il-Kap tal-Oppożizzjoni. F’dan il-każ il-kumpanija qiegħda fil-British Virgin Islands u mhux il-Panama. Filwaqt li aħna nsostnu li m’hemm xejn illegali dan huwa każ ieħor li jesponi d-double standards tal-PN.

 

ISEM BORIS XERRI FIT-TAGĦRIF TAL-ICIJ

Screen Shot 2016-05-09 at 10.28.32

BORIS XERRI MA’ PAUL BORG OLIVIER

88e648ed-268a-4d58-be13-f378feaf24a3

BORIS XERRI SODISFATT LI SIMON BUSUTTIL SAR KAP

e1dfff43-cbc2-490f-ba5b-a8b05bfa1fce

Screen Shot 2016-05-09 at 11.01.16

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

3 Comments

  1. Qedin sew. . . . . qieghed inxomm xi haga tintem illi in-Nazzjonjonalisti mhux qedin ixommuha!

    Tant imdorrijin fl-intiena li r-riha ma jxommuhiex !

    Fejn qedin immorru il-miljuni ??????

  2. Simon qalilna li Malta hija gurizdizzjoni nadifa u trasparenti u ta’ min jafdaha. Hu u shabu tal-PN, li huma hbieb sew tas-Sur Xerri, qalulna li l-BVI hija l-oppost ta’ Malta. Issa s-Sur Xerri mhux talli kkonferma dak li ghidtu ta one.com.mt izda zied bicca nformazzjoni nteressantissima u ta’ min jixtarrha. Il-kumpannija kienet Malta u giet rilokata fil-BVI. Jista’ jghidilna ghalfejn minn gurisdizzjoni nadifa u trasparenti l-kumpannijia marret f’wahda li skont shabu stess hi mahmuga u sigrieta?

  3. Il-BVI ghandha reputazzjoni kerha hafna, hafna u hafna aghar minn tal-Panama. Imma l-Panama saret il-buzzword tal-PN. Hija “zvintura” ghall-PN li tant mill-esponenti tieghu izda huma nvoluti fil-Panama wara li huma pingewha bhala xi post tal-wahx!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend