Balzan it-tieni tim finalist – One News

Notifiki

Balzan it-tieni tim finalist

Se jkunu Sliema u Balzan li jissieltu għat-tieni l-iktar unur importanti fil-futbol Malti, l-FA Trophy.

Wara li lbieraħ Sliema Wanderers għelbu lil Birkirkara fl-ewwel semi finali, illum kien imiss lil Balzan li rebħu lil Pembroke bl-iskor ta’ 3-1 biex qatgħu passaġġ għall-finali li se tintlagħab nhar is-Sibt 14 ta’ Mejju.

Tal-lum kienet logħba kumbattuta ħafna, biż-żewġ timijiet jagħtu l-aħjar tagħhom f’din l-ewwel semi finali fl-istorja tagħhom. Kienu Pembroke Athleta li marru fil-vantaġġ fl-34 minuta permezz ta’ Ariel Laudisi u Balzan kellhom jistennew sa għaxar minuti mit-tmiem biex ġabu d-draw b’goal mill-Brażiljan Alan da Silva Souza.

B’dan ir-riżultat jibqa sal-aħħar tal-ħin regolari, il-logħba marret fil-ħin barrani u kienu Balzan li skurjaw it-2-1 permezz tal-attakkant tagħhom Bojan  Kaljevic fis-97 minuta. Balzan għalqu l-partita b’goal minn penalty skurjat minn Pedrinho fil-120 minuta.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend