Mistħija: l-anġlu li ma kienet anġlu xejn… – One News

Notifiki

Mistħija: l-anġlu li ma kienet anġlu xejn…

Sitwazzjoni imbarazzanti fl-Indoneżja. Residenti skoprew dik li ħasbu kienet anġlu fuq bajja.

Il-pupa, deskritta mill-aġenzija tal-aħbarijiet Pojok Satu bħala ‘tifla anġlu’ instgħabet minn sajjied nhar id-19 t’April. Dan qal li din it-‘tifla’ waqgħat mis-sema.

Fir-rapport, il-media tiddeskrivi t-tifla anġlu bħala ‘tiddi bajda’, b”għajnejn kbar’ u ‘ħuġbejn ħomor’.

‘It-tifla nstagħbet rasha l-isfel, għarwiena u tibki, mgħottija biss b’liżar abjad’.

Is-sajjied ħa din it-‘tifla anġlu’ ġo villaġġ f’Kalupapi, fejn dawk tal-lokal libsuha mill-aħjar li kellhom, bil-hijab b’kollox, u sabulha tron.

Screen Shot 2016-05-05 at 06.50.12

L-eċitament kiber meta l-istorja qabdet bi kbir fuq l-internet.

Tistgħu timmaġinaw id-diżappunt meta waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-kap tal-Pulizija tal-villaġġ kellu jħabbar li l-pupa ma kienet xejn għajr sex toy – pupa tas-sess

 

The doll

Il-pupa kienet eżaminata minn tim ta’ Pulizija tal-lokal. Issa n-nies tal-lokal qed jaħsbu li, wara kollox, ma ġietx mis-sema, imma ġiet skartata minn fuq dgħajsa li kienet għaddejja.

The doll

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend