L-Imħallfin: reliġjon iva, sport le? – One News

Notifiki

L-Imħallfin: reliġjon iva, sport le?

Il-ġimgħa li għaddiet il-qorti ddeċidiet dwar jekk l-Imħallef Joseph R. Micallef għandux ikompli jisma’ l-każ marbut mat-talba għad-danni ċivili li qed jagħmlu l-vittmi ta’ abbuż sesswali f’Dar San Ġużepp.

Il-vittmi lmentaw li l-Imħallef Micallef għandu kunflitt ta’ interess għax huwa l-President ta’ Radju Marija. Il-Qorti qalet li le. Mhux se nidħol f’dan il-każ.

Iżda dak li ġara serva biex nirrifletti dwar l-irwol tal-Imħallfin fis-soċjetà. Għandi opinjoni, għalkemm m’iniex l-iktar bniedem li nista’ nitkellem b’awtorità. Peró niftakar tajjeb minn xiex għaddew l-Imħallef Lino Farrugia Sacco u l-Imħallef Antonio Mizzi għaliex wieħed kien involut fil-Kumitat Olimpiku Malti u ieħor fl-Assoċjazzjoni Maltija tal-Basketball. Il-ġudikanti kienu jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna iżda l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja qalet li l-irwol tagħhom ma kienx kompatibbli mad-doveri tagħhom fuq il-bank tal-ġudikatura. L-Imħallef Mizzi telaq u l-Imħallef Farrugia Sacco webbes rasu u għadda minn martirju. Kulħadd jaf x’ġara.

Għaldaqstant meta dan l-aħħar kont qed insegwi d-deċiżjoni dwar l-Imħallef Micallef staqsejt lili nnifsi: Mela dan jista’ jkun President ta’ Għaqda? Mela l-prinċipju mhux l-istess? Jaqaw għall-ġudikanti hemm xi regola li reliġjon iva u sport le?

 

 

 

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

1 Comment

  1. Kemm idooqu falz dan il-kliem “il-gusizzja mhux biss issir imma trid tidher li qedha issir”!

    Dan l-Imhalleg kien imississu warrab anki fuq l’anqas dubju ta’ kunflitt ta’ interess!

    Imma Malta qesin… u nhoss qishu hemm xi ftehim sigriet bejn il-Gudikatura u l-Knisja … fuq kollox l-isqof Chalie Avukat ukoll….

    Povri vittmi! Jkun xi jkun ir-rizultat u l-ezitu NGHID MINN ISSA li l-vittmi jistghu jaqtghu qalbhom li tinqata favurhom!

    MINN ISSA NGHID HEKK !

    HAWN XI HADD HA JGHID MOD IEHOR ?

    La jasal dan qasis prominenti , ha jisma il kaz tieghu Imħallef Joseph R. Micallef wkoll?

    veru hokkli dahri u nhokklok dahrek !

    http://www.independent.com.mt/articles/2014-10-29/local-news/Prominent-priest-who-worked-for-years-with-young-people-facing-charges-of-sex-abuse-6736124597

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend