Il-Prim Ministru Tork se jirriżenja – One News

Notifiki

Il-Prim Ministru Tork se jirriżenja

Il-Prim Ministru Tork Ahmet Davutoglu qal li se jirriżenja waqt il-kungress straordinarju tal-Partit tal-Ġustizzja u l-Iżvilupp.

Kungress li se jsir fit-22 ta’ Mejju. Spekulazzjoni dwar ir-riżenja tiegħu nibtet wara li l-istess Davutoglu ltaqa’ mal-President Recep Tayyip Erdogan nhar l-Erbgħa.

Huwa mifhum li l-Prim Ministru Tork m’approvax il-pjanijiet ta’ Erdogan li jimplimenta gvern b’sistema presidenzjali. Davutoglu ħabbar ir-riżenja tiegħu wara li kellu diskussjonijiet mal-mexxejja tal-Partit.

Kelliem għall-President qal li mhux se jkun hemm elezzjonijiet bikrija wara li jinħatar mexxej ġdid, filwaqt li saħaq li l-pajjiż u l-ekonomija se tistabilizza iktar meta jkun hemm Prim Ministru li jaħdem id f’id mal-President.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend