Luca Toni ser jirtira – One News

Notifiki

Luca Toni ser jirtira

Il-goal scorer prolifiku eksBayern Munich u Fiorentina ħabbar li ser ikun qed jirtira. Dan wara li Luca Toni kienu ilu jilgħab f’livell professjonali għal dawn l-aħħar 22 sena.

Luca Toni ser ikun qed itemm il-karriera kalċistika tiegħu nhar il-Ħadd li ġej, hekk kif it-tim preżenti tiegħu, Verona, jilgħab kontra r-rebbieħa tal-kampjonat Juventus, tim li Toni wkoll kien parti minnu.

Matul dan ix-xahar Toni ser ikun qed jagħlaq 39 sena, eta’ li mhix daqstant komuni li attakant ikun għadu jilgħab il-futbol fiha. Luca Toni tul il-karriera tieħgu lagħab ‘il fuq minn 700 logħba b’aktar minn 320 gowl, medja ta’ kważi gowl kull żewġ logħbiet.

L-internazzjonali Taljan fl- 2006  kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja mat-tim nazzjonali Taljan u lagħab ma’ 12-il tim Taljan differenti.

Toni ser jibqa’ mfakkar bħala ‘punta tal-kaxxa’ u wkoll għaċ-ċelebrazzjoni tiegħu.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend