Ranieri l-aħħar li jkun jaf! – One News

Notifiki

Ranieri l-aħħar li jkun jaf!

Jekk Leicester City ikunu inkurunati champions tal-Premier Legue Ingliż illejla b’rebħa ta’ Chelsea fuq Tottenham, il-kowċ tagħhom Claudio Ranieri se jkun l-aħħar wieħed li jkun jaf. Skont il-BBC, dan għaliex huwa jkun fuq l-ajruplan ġej lura mill-Italja fejn illum se jippranza ma’ ommu Renata ta’ 96 sena.

Ranieri telaq lejn Ruma hekk kif it-team tiegħu m’akkwistax it-tliet punti meħtieġa kontra Manchester United biex jissiġilla r-rebħ tat-titlu. Madankollu Leicester Mercury tgħid li jekk Leicester jirbħu l-kampjonat, Ranieri żgur se jsib folla enormi l-ajruport tagħtih merħba ta’ eroj.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend