Il-mozzjoni ta’ Marlene fil-‘Birthday’ ta’ Godfrey – One News

Il-mozzjoni ta’ Marlene fil-‘Birthday’ ta’ Godfrey

Il-mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Konrad Mizzi, se tiġi diskussa fis-sessjoni tal-Parlament nhar l-Erbgħa.

Il-mozzjoni tressqet mill-membru indipendenti Marlene Farrugia u l-Oppożizzjoni Nazzjonalista diġa’ iddikjarat li se tkun qed tagħtiha appoġġ. Filwaqt li l-gvern iddikjara li m’għandu ebda diffikulta jiddiskutiha mill-iktar fis, il-whip tal-gvern, Godfrey Farrugia, ippropona li għandu jkun hemm seduta waħda normali ta’ tliet sigħat.

Id-deputat indipendenti, Marlene Farrugia, qalet li riedet ġurnata ta’ diskussjoni. Il-Ministru Edward Zammit Lewis fakkar li ftit ilu kienet diġa’ diskussa mozzjoni ta’ sfiduċja fil-gvern li ħadet ġurnata sħiħa.

F’nofs battibekki dwar il-ħin li għandha tieħu u jekk il-parlament jibdiex qabel jew jittardja iktar id-deputat Marlene Farrugia nstemgħet tgħid lill-whip tal-grupp parlamentari laburista: “Se jkollok il-birthday dakinhar Godfrey.”

Fl-aħħar kien hemm qbil dwar sitt sigħat ta’ diskussjoni bejn l-16.30 u 21.30.

Ta’ QabelLi Jmiss

27 Comments

  1. Hon Marlene Farrugia. Please stop wasting our Ministers’ and back benchers’ time. They have more important work to do. Happy birthday Dr Godfrey Farrugia.

  2. Li flok Gvern Laburista diżgrazzjatament kellna Gvern tal-Partit Negattiv (PN). Il-Mozzjoni ta’ Marlene Farrugia jew kienet tinġieb wara xi 4 snin li tkun talbitha. Jew ma kienet tinġieb xejn kif kien jiġri fl-aħħar Gvern ta’ GonziPartitNegattiv.

    1. X’tippretendi Marlene? Li lil Conrad jaqtaghielu ghal mewt jew li jigi eziljat??? Mhux ahjar taghlaq halqek u thalli lil Prim Ministru jahdem ghal gid ta pajjizna?

      1. Halluha miskina ha dgawdi l-ahhar ftit li baqaghla fil-parlament
        dik mhux se tarah aktar hemm gew

  3. Jiena nipproponi sabiex ma joghoqodux gejjin hafna mozzjonijiet ta bla sugu u fl-istess hin ma jintilifx xoghol tal-Gvern li dawn ghandhom biss jigu disskussi nhar ta Sibt. Punto e Basta.

  4. hypomanic attention-seeking time -wasting frustrated politician
    God deliver Malta from the likes of this woman.

  5. Best wishes to Dr Farrugia on his birthday. Best wishes for the coming years to all of the PL MPs. Thank you all for your sterling work.

  6. L-ISBAH RIGAL ghal Dr Godfrey, Marlene tiddebatti ma shabha tal-PN tghid u tghid u tghid u tkompli tghid…

    U Dr Godfrey jitlaq x’imkien ghal kwiet u l-paci u jhalliha tghid u tghid u tghid….. forsi titlef il-vuci wkoll sakhemm tasal fil-kastell taghha u jkun l-isbah rigal ghal Dr Godfrey , BIRTHDAY fil-kwiet u fil paci!

    Ad Multos Annos Dottore 😀

    But will Marlene get the message ?

  7. X’qed jistennew il-votanti tal-5 u 6 distretti biex jipprezentaw petizzjoni biex taghti lura s-siggu li serqitilhom bil-vot taghhom? Din telghet ghax harget mall-partit ghax wehedha ma kienetx titla allura s-siggu tal-partit mhux taghha!!

  8. Il membri parlamentari laburisti misshom jaghmlu mozzjoni ta sfiducja fuq marlene faruggia dik telawa laburisti u serqet il voti .

    1. Mhux worth it jinhela hin fuqha !
      Dik ghirha ghandha u rabja ghax la saret Ministru u lanqas dak li pretendiet li tkun President tar-Republika !

      F’wicca baqa’ , issa forsi jkollha success bil-Parti Gdid taghha. il-M.C.P .,Marlene Cuckoo Party, ll-Partit tad-Daqquqa i-Kahla , ghax kahla aktar minn Marlene ma ssibx!

  9. Marlene is a complete failure, apart from that of noise, hullabaloo,aimed at self aggrandisement

Leave a Reply to mary camilleri Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend