Ma jieqfu xejn il-fatti dwar dak li kien jiġri qabel l-2013 fil-gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista. Meta niżvelawhom f’ONE NEWS, jew tirrapportahom xi midja oħra, il-Partit Nazzjonalista jiddefendi lilu nnifsu billi jgħid li patta bit-telfa elettorali.
L-istess jargumentaw xi laburisti ġenwini u persuni l li m’għandhomx partit. Punt validu ħafna. Iżda, fiċ-ċirkostanzi ma naqbilx miegħu.
Ma naqbilx għax b’Simon Busuttil fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qabel l-2013 jibqa’ rilevanti ħafna. Għax Simon Busuttil kien parti minn dak il-partit, tant li kiteb il-manifest elettorali ta’ GonziPN fl-2008 u anke dak tal-2013. Kien parti integrali mill-gvern ta’ Lawrence Gonzi, anke jekk xi minn daqqiet jipprova jagħti l-impressjoni li ma kienx. M’għandniex xi ngħidu, ma jemmnu ħadd.
Iżda, hemm iktar minn hekk għaliex qabel l-2013 huwa rilevanti ħafna.
Simon Busuttil huwa mdawwar b’nies bħal Mario De Marco, Tonio Fenech, Clyde Puli, Jason Azzopardi u Chris Said fost oħrajn. Dawn huma lkoll eks membri tal-Kabinett li ħadu ħames mitt ewro żieda fil-ġimgħa.
Kif nistgħu nerġgħu nafdawhom meta għamlu dak l-att bil-moħbi tal-poplu Malti. Sal-lum l-eks membri tal-Kabinett għadhom iżommu bejniethom miljun ewro minn dik iż-żieda.
Hemm kwistjoni kbira ta’ kredibbiltà. Għaliex Jason Azzopardi jitkellem ħafna fuq id-Dipartiment tal-Artijiet meta fi żmienu saru każi bħal tal-Fekruna u ta’ Ernest Tonna fost oħrajn. Meta l-Awditur iċċensurah għax indaħal fejn mhux suppost. Għalhekk jien iktar nafda lil Deborah Schembri f’dekasteru bħal dan.
Għaliex Chris Said kif jista’ jitkellem dwar kontabbiltà meta qabel l-elezzjoni għamel ‘deal’ fuq art li permezz tagħha abbanduna proġett soċjali. B’hekk jiena iktar nafda lil Michael Farrugia li qed ifassal proġett ta’ ħamsin miljun ewro biex l-istokk jiżdied u mhux jonqos.
Għax kif jista’ Mario De Marco jitkellem fuq Panama Papers meta għamel snin ma’ jħallasx għal xogħol fuq id-dar tiegħu mingħand wieħed involut. B’hekk jiena iktar nemmen fl-intergità ta’ Louis Grech bħala Deputat Prim Ministru ta’ pajjiżi.
U fuq kollox kif nista’ nafda lil Simon Busuttil meta lil ‘whistleblower’ li għamel ix-xogħol għal voti f’Għawdex qallu għaliex ma waqafx jgħamel ix-xogħol la kien jaf li se jitilfu l-elezzjoni.
Iva, l-poplu kkastiga lill-Partit Nazzjonalista għal dak li seħħ qabel l-2013 imma Busuttil it-tagħlima ma ħadiex u n-nies ma nbidlux. Għalhekk jibqa’ relevanti mmens dak li ġara qabel l-2013. Għax in-nies li ġew sfiduċjati qed jerġgħu jitolbu l-fiduċja filwaqt li żammew l-istess aġir. Ħażin jekk ninsew. Fiż-żmien li ġej se nibqgħu niżvelaw.
Il-problema hi li n-nies li gabu ruhhom tant hazin ghadhom kollha hemm u zgur li ma nbidlux. Jibqa wkoll il-fatt li hafna minn dawn l-affarijiet moqzieza anqas biss konna nafu bihom fl-2013 ahseb u ara kemm dawn in-nies pattew ghalihom!
http://www.Rense.com/general96/taxpolice.html http://www.Rense.com/general 96/panpapBricks.html.
see also: the agenda of the planned panama papers. Something fishy about off shore hacking scandal.
One thing that worries me is that those who exposed the papers chose to hide a number of names. One wonders who these people are and why they were protected by those who claim to be exposing the truth for all to see.
Vera, jerga’ jmur jipprotesta ma Beppe kontra l-izvilupp fl-ODZ – f’ Hal-Gharghur!
Il-fatt hu li inutli l-PL jibqa jhanbaq fuq affarijiet li saru mil-PN u jibqa ma jsir xejn. Ezempju car huwa l-iskandlu taz-zejt, hafna kliem u ma sar xejn. Min ha l-proklama bil-kundizzjoni li jghid ezatt x’gara ghadu ma kixef xejn milli jaf filwaqt li ghadu jgawdi l-proklama. Nassumi li l-gvern ghandu sahha biex din il-proklama tigi riveduta. Mela fil-PL fit-3 snin li ilhom fil-gvern rajna taqlib shih u ministri jirrezenjaw u fil-PN kollox jibqa ghaddej kif inhu. allura wahediha tigi l-mistoqsija, Fihom verita l-istejjer li nisimghu fuq One news?