Edukazzjoni mużikali b’xejn għall-Maltin kollha – One News

Notifiki

Edukazzjoni mużikali b’xejn għall-Maltin kollha

Edukazzjoni mużikali se tkun offruta għall-Maltin kollha b’xejn.  Dan għadu kemm tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata fost oħrajn mill-Prim Ministru Joseph Muscat  u l-Ministru responsabbli mill-Kultura Owen Bonnici.

It-tagħlim ser ikun possibbli permezz ta’ ftehim mal-kumpanija Franċiża Meludia. Din toffri pjattafroma online biex wieħed ikun jista’ jitgħallem. Mill-bieraħ, aċċess għal Meludia mill-Maltin sar bla ħlas – b’hekk il-popolazzjoni kollha għandha aċċess għall-edukazzjoni fejn tidħol il-mużika.

Kevin Kleinmann mill-Meludia, isem sinonimu max-xena mużikali ta’ ċertu portata,  qal dan huwaw l-ewwel ftehim ta’ dan it-tip li l-kumpanija qatt għamlet ma’ pajjiż barrani. Fil-kumment li ta lil dan is-sit, kellu kliem ta’ sodisfazzjon għall-mod li bih il-Gvern ikkolabora, sabiex ikun offrut servizz lill-Maltin.

It-tenur Malti Joseph Calleja stqarr magħna li meta sar jaf b’din il-faċilita’, għal bidu kien xettiku. Iżda malajr għaraf il-potenzjal qawwi ta’ dan is-servizz. Segwu l-ewwel kummenti tiegħu hawn.

Dan huwa s-sit tal-pjattaforma Meludia: http://www.meludia.com/en/

Tul din il-ġimgħa Meludia se zzur il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn hemmhekk, permezz tal-mużika se jgħinu lill-persuni li għaddejjin minn żmien ikrah, iħossuhom iktar kundifenti u jikkontrollaw il-vjolenza.

L-istess se jsir fl-isptar tal-onkoloġija fejn permezz tal-mużika l-pazjenti jsibu l-wens jew ifiequ iktar malajr.

Intqal ukoll kif huwa fatt pruvat li t-tfal li jitgħallmu l-mużika jmorru aħjar fl-istudji akkademiċi, u jkunu inqas vjolenti.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat stqarr li din se tkun opportunità li ħafna individwi se jiskopru li għandhom talent mużikali u li ma kienux jafu għax qatt ma’ kellhom iċ-ċans jew il-flus li jitgħallmu. B’hekk iddeskriva dan il-proġett bħala wieħed soċjalment ġust.

Ingħaqad miegħu l-Ministru għall-kultura Owen Bonnici li rringrazzja lill-partijiet kollha li ngħaqdu u għamlu din l-inizjattiva possibli.

Ta’ QabelLi Jmiss

4 Comments

    1. Erga pprova siehbi. Qieghdha tahdem ta! Proset ghal min gietu l-idea.

      Niehu spunt mill-informazzjoni, li l-muzika tghin fil-fejqan. Din hija vera u niftakar ukoll li kien ikun hemm programm fuq ir-radju one, bil-muzika ghadatta ghal fejqan. Ta min jerga jixxandar jekk inhu possibbli.

      Sahhiet.

  1. Ok, qed taħdem, forsi kont l-ewwel wieħed li pruvajtha, imma issa ok u tajba ħafna u prosit tal-idea brillanti.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend