Diskors li jagħtik kuraġġ u determinazzjoni – One News

Notifiki

Diskors li jagħtik kuraġġ u determinazzjoni

Ilbieraħ kienet ċelebrazzjoni li mliet il-Pjazza ta’ Kastilja b’eluf kbar ta’ nies. Kien hemm spirtu ta’ għaqda, ferħ u ċelebrazzjoni.  Il-Poplu Malti u Għawdxi wera l-apprezzament tiegħu lejn dan il-Gvern u lejn il-mod ta’ tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat.

F’dawn l-aħħar tliet snin, il-pajjiż qabad direzzjoni li magħha hemm ħafna kisbiet u suċċessi. Direzzjoni, li ma kinitx faċli, u dan peress li dan il-Gvern ma tantx sab jew saħansitra ma wiritx affarijiet sbieħ iżda wiret djun kbar li ħalla Gvern Nazzjonalista u fabbriki u impjiegi mdendlin fix-xifer.

Il-kapaċità toħroġ hawn.  Joseph Muscat, wera kemm huwa kaptan li kapaċi joħroġ il-bastiment mill-maltemp għal ġol-bnazzi.  Hekk kienu dawn l-aħħar tliet snin.  Minflok tkellem fuq x’sab u x’wiret, ħares ’il quddiem u wera li dan huwa Gvern b’viżjoni, Gvern li r-road map tiegħu kienet waħda ċara u determinata. Road map li qed twassalna biex kull wieħed u waħda minnha bilkemm irridu nemmnu l-ġid kollu li qed nesperjenzaw.  Ġid li żgur ħadd ma stenna li dan il-Gvern kien determinat li jikseb.

Id-diskors tal-bieraħ tal-mexxej Joseph Muscat kien diskors li jgħaqqad lill-Maltin u l-Għawdxin kollha.  Diskors ta’ nazzjon u mhux ta’ nofs poplu. Diskors li jimlik b’enerġija pożittiva, entużjażmu, kuraġġ u determinazzjoni. Diskors li jagħmlek kburi b’dan il-Gvern. Diskors li jitkellem dwar “għada” u mhux “ilbieraħ”. Diskors li ħareġ minn qalb Muscat. Diskors li jfakkrek li dan il-Gvern jaħseb f’kulħadd, mil-kbir għaż-żgħir u anke f’mingħandu diżabbilità. Gvern li jipproteġi l-ħaddiema u Gvern li huwa minn ta’ quddiem biex jieħu passi kontra min jabbuża bil-ħaddiem.

Irrid ngħid li sfortunatament, għad għandna Oppożizzjoni negattiva li fit-tmun tagħha hemm Kap tal-Oppożizzjoni bla ideat, bla viżjoni u mingħajr sens ta’ tifsir ta’ x’għandu jfisser li tmexxi pajjiż.  Kap ta’ l-Oppożizzjoni li qed ikompli jħaffer il-ħofra li kien ħalla l-Gvern tiegħu stess, meta huwa kien parti minnu, tliet snin ilu.

Il-Poplu Malti u Għawdxi kburi bil-ġid li qed joħloq dan il-Gvern. Kburi bis-suċċessi li qed jinkisbu f’pajjiżna. Kburi li fl-aħħar, dan il-pajjiż qabad it-triq it-tajba. Poplu li qed jaħdem id f’id ma dan il-Gvern. Poplu li jagħmlek kburi bil-ħiliet tiegħu.

Is-sinjal ilbieraħ kien wieħed ċar daqs il-kristall. Il-poplu wieġeb għas-sejħa u l-ħtieġa li jkun quddiem il-Pjazza ta’ Kastilja biex għaċ-ċelebrazjonijiet ta’ l-1 ta’ Mejju lil dan il-Gvern u lil Joseph Muscat jgħidulu GRAZZI.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Sir, the next election, for good or bad, is going to be the presidential type..ie the personality of Dr Joseph Muscat vs that of Dr Simon Busuttil, and the picture which is emerging is the political leadership and talent of Dr Muscat which is overflowing into the international field, and the mediocrity of Dr Simon Busuttil who is well described by Bernard Shaw, when he was looking for critical stick to describe a mediocre person…” well,…he does what every body would do in his circumstances”

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend