Deputat Mexxej ġdid tal-PL elett bejn id-9 u l-11 ta’ Ġunju – One News

Notifiki

Deputat Mexxej ġdid tal-PL elett bejn id-9 u l-11 ta’ Ġunju

Wara diskussjoni llejla, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista ddeċieda li tissejjaħ Konferenza Ġenerali Staordinarja bejn il-Hamis 9 ta’ Ġunju u s-Sibt 11 ta’ Ġunju li fiha jiġi elett Deputat Mexxej Ġdid għall-Affarijiet tal-Partit Laburista.

In-nomini għall-kariga ta’ Deputat Mexxej jinfetħu nhar it-Tnejn 9 ta’ Mejju, u jagħlqu t-Tlieta 10 ta’ Mejju.

L-elezzjoni ssir bejn il-Ħamis 9 ta’ Ġunju u l-Ġimgħa 10 ta’ Ġunju, u f’każ ta’ ħtieġa s-Sibt 11 ta’ Ġunju.

Il-Kummissjoni elettorali tal-Partit Laburista ser tkun qed tirregola u tikkordina l-proċess elettorali.

Ta’ QabelLi Jmiss

5 Comments

  1. Bħala membru tesserat fil-Partit tal-Ħaddiema nitlob li l-Ministru Owen Bonnici jitfa n-nomina għal Deputat Mexxej tal-PL. Għax fil-fehma soda tiegħi hu l-aħjar għażla. Jien ma noqgħodx fid-distrett elettorali tal-Ministru Owen Bonnici.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend