L-MCAST jiċċara l-affarijiet wara attentat ieħor ta’ ħsara mill-media tal-PN – One News

Notifiki

L-MCAST jiċċara l-affarijiet wara attentat ieħor ta’ ħsara mill-media tal-PN

L-MCAST irrefera għal rapporti li allegaw li l-istudenti apprentisti  tal-MCAST qed  jaħdmu sajf sħiħ għal €200 fix-xahar jew €1.20 fis-siegħa.

Fuq il-mezzi tax-xandir tal-Partit Nazzjonalista deher artiklu intitolat: Waqt li l-Prim Ministru jitkellem kontra l-prekarjat … l-istudenti tal-MCAST jitħallsu €1.20 fis-siegħa

Permezz ta’ stqarrija L-MCAST iċċara li dan assolutament mhuwiex minnu u l-istudenti apprentisti fil-fatt jitħallsu iktar mid-doppju tal-ammont imsemmi.

Permezz ta’ deċiżjoni li ttieħed mill-Gvern is-sajf li għadda, studenti apprentisti issa qed jibqgħu jitħallsu l-istipendju matul s-sajf, ħaġa li ma ssirx għal studenti post-sekondarji oħra. B’dan il-mod, jekk wieħed jgħodd il-ħlas li jingħataw mill-isponsor tal-apprentistat tagħhom flimkien mal-istipendju li jibqgħu jieħdu, l-istudenti apprentisti jitħallsu €433.96 fix-xahar matul is-sajf tal-ewwel sena tal-apprentista tagħhom u €442.88 fix-xahar matul is-sajf tat-tieni sena.

L-MCAST iċċara li l-iskop tal-apprentistat huwa li l-istudenti isaħħu t-tagħlim tagħħom billi ikollhom taħriġ prattiku b’esperjenza reali permezz ta’ apprentistat ma’ kumpaniji u industriji li joperaw fis-suggett vokazzjonali li qed jistudjaw fih l-istudenti stess.

Għal dan il-għan, il-kumpaniji u l-industriji jagħtu kontribut finanzjarju lil kull apprentist li jisponsorjaw ta’ €49.97 fil-gimgħa matul l-ewwel sena u €52.20 matul it-tieni sena tal-apprentistat.  Dan il-kontribut jibqa’ jingħata anki meta l-istudenti ma jkunux fuq il-post tax-xogħol u jkunu qed jattendu l-MCAST għall-istudji tagħhom.

Barra minn hekk, l-MCAST iċċara li l-istudenti apprentisti jingħataw l-stipendju sħiħ bħall-istudenti l-oħra  kollha post-sekondarji matul is-sentejn tal-kors. Bid-differenza ta’ studenti post-sekondarji l-oħra, l-istudenti jingħataw l-istipendju anki matul  is-sajf tal-ewwel u tat-tieni sena.

L-MCAST  qed jaħdem mal-kumpaniji u l-industrji sabiex jara li l-esperjenza fuq il-post tax-xogħol tal-apprentisti tintrabat kemm tista’ mal-istudji tal-istudenti fl-MCAST. Għalhekk, tispjega l-istqarrija, l-apprentistat ma jista’ qatt jitqabbel ma’ impjieg u għandu jitqies bħala estensjoni tal-programm tal-istudji tal-istudenti. Dan jiddependi mill-koperazzjoni tal-industrija sabiex l-istudenti ikunu jistgħu jingħataw din l-esperjenza sħiħa.

Dan hu l-artiklu li deher fuq il-mezzi tal-komunikazzjoni tal-PN.

 

Screen Shot 2016-05-01 at 22.04.09

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. Nikkonferma li vera li kien permezz ta l-Gvern ta Joseph Muscat li l-apprentisti bdew jithallsu anki fis-sajf!

  2. Jiena kont aghmilt xi zmien apprentistat, u min dejjem nafha li appretist ikollu paga inqas min ta wiehed li jkun haddiem regolari. Ibda min tad-dockyard, REME, tal-Gvern etc. Imbaghad meta generalment konna naghalqu il-21 sena u nispiccaw is-sitt snin apprentistat konna insiru tal-post u niehdu paga ta fitter.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend