Bandiera tal-ISIS fil-Eurovision? Dokument ippublikat bi żball jiġġieled din il-possibilità – One News

Bandiera tal-ISIS fil-Eurovision? Dokument ippublikat bi żball jiġġieled din il-possibilità

 

Xena tipika mill-Eurovision Song Contest: baħar ta’ bnadar minn kull pajjiż jixxejru, b’żelu ikbar meta dawk li jġorru l-bandiera jkollhom lil pajjiżhom fuq il-palk.

Issa immaġinaw bandiera tal-Istat Iżlamiku f’nofs dan kollu.

Hekk għamlu l-organizzaturi tal-konkors, tant li ħadu miżuri sabiex projbixxew kemm il-bandiera tal-Istat Iżlamiku kif ukoll il-bandiera nazzjonali tal-Palestina. Mhux biss! Il-European Broadcasting Union (EBU) projbixxiet ukoll bnadar ta’ territorji fejn hemm kunflitti, bħal ngħidu aħna l-Krimea u dik li tirrappreżenta t-Tramuntana ta’ Ċipru.

L-EBU ħeġġet lis-segwaċi jirrispettaw il-ħeġġa tal-konkors biex ma jħarisx lejn tendenzi politiċi. Kull pajjiż fi ħdan il-Ġnus Magħquda jista’ jtajjar il-bandiera. Peress li l-Palestina għandha biss dak li jissejjaħ ‘observer status’ , il-bandiera ta’ dan il-pajjiż ġiet projbita. S’issa qatt ma kien hemm rappreżentant tal-Palestina fil-Eurovision, iżda l-Iżrael ilu jipparteċipa u saħansittra rebaħ l-Eurovision.

Bnadar bl-ilwien tal-qawsalla li jirrappreżentaw il-komunità LBGT ser ikunu ‘tollerati’ iżda m’għandhomx jintużaw sabiex issir dikjarazzjoni politika.

LGBTI-FLAG-EUROVISION

Id-dokument li jirregola dan kollu qatt ma kellu jkun ippublikat, iżda ġie mtella biż-żball fuq wieħed mis-siti elettroniċi tal-Eurovision. Tant li kellhom jitolbu apoloġija lil dawk kollha li ħasshom offiżi minħabba li l-bandiera ta’ pajjiżhom tinsab fil-lista ta’ bnadar projbiti.

Il-Eurovision ser isir fil-kapitali Żvediża, Stokkolma, nhar l-14 ta’ Mejju.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend