Tqum minn koma kif kienu se jitfu l-magna li kienet qed iżżommha ħajja

Marwa, tifla mill-Alġerija, kellha biss sena meta s-sistema tan-nervaturi tagħha sfat attakkata minn virus. It-tifla ta’ sena kienet diġà qed tiġġieled biex tgħix, u dan il-virus m’għamilx din is-sitwazzjoni waħda faċli.

Il-ġenituri tagħha kienu ferm inkwetati fejn ħaduwa l-isptar. It-tobba kif rawha ma kellhomx aħbar tajba hekk kif kellhom ipoġġuha f’koma biex forsi jsibu mod kif isalvawla ħajjitha.

Iżda għaddew diversi xhur u Marwa qatt ma qamet minn din il-koma, bil-ġenituri jaħsbu fl-agħar sitwazzjoni li setgħet tiġri. Ġurnata minnhom it-tobba taw l-aħbar kerha lill-ġenituri ta’ Marwa fejn qalulhom li se jkollhom jitfu l-magni li bdew iżommuha ħajja.

Minn hemm il-ġenituri ma riedu bl-ebda mod jaċċettaw din l-aħbar u bi sforz kbir ġabru madwar 100,000 firma sabiex il-Qorti jagħtu estenzjoni fuq il-ħajja ta’ Marwa.

Kien proprju dan l-intervent li salva ħajjet Marwa, hekk kif għaxart ijiem wara fetħet għajnejha. Bħalissa Marwa tinsab f’kundizzjoni stabbli u qed tagħmel progress kull ġurnata li tgħaddi.

 

Ta’ QabelLi Jmiss