zwiemel – Page 2 – One News

Notifiki

Iż-Żwiemel tal-Biżbiżija jieħdu saħħithom lura

Mingħajr ikel u f’filata ħmieġ; hekk instabu fih is-sittax-il żiemel li kienu f’razzett illegali fil-limiti tal-Biżbiżija f’nofs Diċembru li għadda. One News żar dawn iż-żwiemel li qed jinżammu fil-Kavallerija tal-Pulizija fil-Marsa fejn seta’ jinnota li l-bhejjem għamlu kambjament kbir u ħadu saħħithom lura. Bil-ġimgħat ta’ tbatija, abbandun u moħqrija ħallew riperkussjonijiet xejn sbieħ fuq dawn iż-żwiemel li għalkemm kienu qed jinżammu f’art imdaqqsa, tħallew imgeddsin flimkien f’parti żgħira.

Aqra aktar

70 żiemel salvat minn ħalq il-mewt

“Fis-sena 2016, salvajna 70 żiemel. Din is-sena wara li aktar nies saru jafu dwarna, jidher li n-numru se jkun ferm akbar speċjalment wara li l-maġġoranza mis-sidien saru jippreferu jikkuntattjawna qabel jibagħtu liż-żiemel għall-qatla.”

Dan qalu kelliem għall-organizzazzjoni RMJ Horse rescue, organizzazzjoni li ssalva żwiemel li jkunu sejrin għall-qatla jewli jkunu abbandunati u jitħallew bil-ġuħ u bil-għatx. Ladarba, l-organizzazzjoni ssalva dawn iż-żwiemel, jgħaddu minn proċess ta’ riabilitazzjoni bil-għan li jkunu jistgħu jsibu dar ġdida fejn jgħixu. Dan bil-għan li din l-organizzazzjoni tkun tista’ ddaħħal aktar żwiemel biex ittihom ħajja ġdida.

Ħafna drabi nisimgħu dwar klieb u qtates li jispiċċaw abbandunati fit-toroq, fil-fatt huma dawn it-tip ta’ annimali li jingħataw l-aktar attenzjoni meta jinstabu abbandunati jew fi stat ħażin. Huwa rari li wieħed jisma’ dwar żiemel abbandunat, iżda dan għaliex?Aqra aktar

Iż-żwiemel jibqgħu f’ħajtu sal-aħħar tislima

Funeral mhux tas-soltu li sar permezz ta’ karru antik tal-mejtin li għandu mal-150 sena llum intuża għall-funeral ta’ Karmenu Ellul, magħruf aktar bħala Tal-Balay.
Karmenu sfortunatament tilef ħajtu s-Sibt li għadda wara li ntlaqat minn vettura waqt li kien qed jaqsam it-triq f’Aldo Moro fil-Marsa.

Filmat mill-isbaħ: it-tiġrijiet taż-żwiemel f’Malta minn lenti barranija

Amelia Toubridge hija Ingliża li tipproduċi dokumentarji u tieħu r-ritratti madwar id-dinja. Din id-darba kien imiss li minn pajjiżna, tosserva l-mod li bih id-dilettanti taż-żwiemel jgħixu l-passjoni tagħhom.

Ħarġet b’filmat qasir bl-isem “A Day At The Races” – miġbud b’mod sempliċi iżda jiġbed kull dettall żgħir. F’kull xena taħsbek qed tgħix l-emozzjoni tad-dilettanti ta’ kull età.

Segwi biex tifhem aħjar.

Aqra aktar

ll-Prim Minsitru jintlaqa’ bil-kbir mid-dilettanti taż-żwiemel

Il-Ħadd wara nofs in-nhar il-Prim Ministru Joseph Muscat flimkien ma’ martu Michelle ntlaqgħu b’ entużjażmu kbir fil-Korsa taż-Żwiemel il-Marsa.

Dan hekk flimkien mas-Segretarju Parlamentari għall-Isports Chris Agius ippreżentaw il-premijiet lir-rebbieħa tat-tazza nternazzjonali tan-nisa tat-tlielaq taż-żwiemel.

Dawk preżenti fil-Korsa tal-Marsa kellhom kliem ta’ tifħir għat-tmexxija tal-Gvern u kif ukoll kelma ta’ kuraġġ lejn il-Prim Ministru u Martu ma naqsux, dan fid-dawl tal-attakki ta’ dawn l-aħħar ġimgħat.

Aqra aktar

Investiment privat ta’ €18-il miljun fil-Korsa tal-Marsa

Wara xhur ta’ negozjati l-Gvern u l-kumpanija Marsa Race Track Ltd waslu għal ftehim iniżjali li se jara r-riġenerazzjoni tal-korsa taż-żwiemel tal-aqwa livell, pitch tal-polo u kif ukoll faċilità għall-dressage u show jumping.

Proġett li l-kumpanija privata se tinvesti tmintax-il miljun ewro biex isir realtà u li se jwassal biex pajjiżna jkollu faċilitajiet state of the art.

L-iżvilupp se jinkludi wkoll grand stand armat bil-faċilitajiet kollha mitluba mid-delettanti, club houses għal Malta Racing Club, għal Malta Polo Club u għal Malta Equestrian Federation filwaqt li se tinbena paddock area li takkomoda l-kompetituri kollha u faċilitajiet relatati.

Aqra aktar

FILMAT: Se jirtiraw bla nkwiet

Ftit tal-jiem ilu ħarġet l-aħbar li daħlet fis-seħħ liġi li tgħid li l-klieb tas-servizz ma jistgħux jitraqqdu.

Liġi li mmarkat bħala regola darba għal dejjem prassi li diġa kienet teżisti fil-korp tal-pulizija u li issa trid tkun estiża għall-korpi dixxiplinati kollha. Abraham Abela żar il-Kavallerija tal-Korp tal-Pulizija.

Aqra aktar

Festa għal min iħobb it-tiġrijiet biż-żwiemel – imfakkar Twanny Bugeja

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna preżenta trofej lis-sidien u dawk li jsuqu ż-żwiemel, waqt l-ewwel edizzjoni tat-Twanny Bugeja Equestrian Festival. Dan sar ilbieraħ fil-korsa tal-Marsa.

Il-festival kien organizzat mill-Malta Racing Club bl-appoġġ tal-Ministeru għall-Finanzi, permezz tan-National Lotteries Good Causes Fund. Kif jindika isem il-festival, ifakkar ukoll fil-ġurnalist Twanny Bugeja, li ħalla din id-dinja. Bugeja kien kummentatur għal xejn inqas minn 37 sena – kull min isegwi t-tiġrijiet bla dubju sema’ l-leħen entużjasta ta’ Twanny Bugeja.

Apparti li l-Ministru Scicluna preżenta t-trofej lill-ħmistax-il rebbieħ waqt il-festival, ippreżenta wkoll plakka kommemorattiva lis-sinjura Bugeja u l-familja tagħha.

Hawn tista’ ssegwi ftit minuti mill-festival.

Aqra aktar

Send this to a friend