zwiemel – One News

Notifiki

Sitt rebħiet għal Rodney Gatt fi tmiem il-Ġimgħa

Bejn is-Sibt u l-Ħadd fil-Korsa tal-Marsa saru total ta’ 16 il-tiġrija tat-trott li nofshom kienu kwalifikattivi mill-Kampjonat Assikura riservat għall-Klassi Bronze. Is-sewwieq Rodney Gatt reġa’ kien protagonist meta rebaħ total ta’ 6 tiġrijiet fosthom it-tiġrija ta’ l-ogħla klassi tal-Ħadd hekk kif iż-żiemel Up And Go irreġistra t-tieni rebħa tiegħu minn daqstant tiġrijiet f’Malta. Huwa rnexxielu wkoll jirbaħ 4 heats mill-Kampjonat Assikura għall-Klassi Bronze biż-żwiemel Ugolin du Rib, Dollydoo Laday, Runway u Dehande kif ukoll tiġrija għall-Klassi Copper b’Magic Melon.

Aqra aktar

Ikompli l-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel wara l-waqfa tas-Sajf

L-istaġun tat-tiġrijiet taż-żwiemel kompla wara l-waqfa tas-Sajf b’żewġ programmi ta’ 8 tiġrijiet kull wieħed li saru nhar il-Ġimgħa filgħaxija u l-Ħadd wara nofsinhar. 23 żiemel għamlu d-debutt tagħhom, uħud minnhom b’rebħiet. Is-sewwieq Rodney Gatt kompla bl-istess ritmu ta’ qabel il-waqfa tas-Sajf u rnexxielu joħroġ rebbieh f’ħames tiġrijiet.Aqra aktar

Send this to a friend