żwieġ – One News

Notifiki

Kemm-il koppja miżżewġa jagħżlu li jżommu kunjom il-mara?

Hekk kif daħlet fis-seħħ l-liġi l-ġdida tal-kunjomijiet, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara.

Dan intqal wara statistika minn Identity Malta fejn ħareġ li minn totall ta’ 2,536 żwieġ fl-aħħar sena, sitt koppji għażlu li jżommu l-kunjom tal-mara, filwaqt li 242 koppja kkumbinaw il-kunjomijiet tagħhom.Aqra aktar

Filmat: Qatt rajt għarusa b’velu twil daqs erba’ ġiraffi?

L-istilla ta’ Bollywood Priyanka Chopra żżewġet lill-kantant Nick Jonas fl-Indja tul tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

It-tieġ kien segwit minn miljuni madwar id-dinja, mhux biss minħabba l-qlub miksura ta’ bosta tfajliet li kibru jisimgħu il-mużika ta’ Jonas, iżda wkoll għax ħafna tpaxxew bil-libsa tat-tieġ u l-velu ta’ Chopra.Aqra aktar

ARA: Jipproponilha fil-Palazz wara l-Malta Military Tattoo

Il-ħolma ta’ kull tfajla li l-maħbub tagħha jipproponilha f’palazz saret realtà għal Jalisse Mallia, hekk kif l-għarus tagħha, li huwa suldat mal-Forzi Armati ta’ Malta, ipproponilha għaż-żwieġ fil-Palazz tal-Belt Valletta hekk kif intemmet l-edizzjoni li għaddiet tal-Malta Military Tattoo.

Akkumpanjat minn sħabu tal-AFM, is-suldat George Attard ingħata r-risporta li kien qed jistenna….l-iva.Aqra aktar

Jinżamm arrestat lejlet it-tieġ

Il-pjanijiet tat-tieġ jista’ jkun li jiswew suf għal-koppja li mistennija tagħti s-signor si fi żmien 10 t’ijiem meta l-għarus ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ammetta għal numru ta’ allegazzjonijeit ta’ vjolenza domestika nhar l-erbgħa filgħodu.

Aqra aktar

Iżżewġet l-ewwel koppja omosesswali fil-Ġermanja

Karl Kreile u Bodo Mende huma l-ismijiet ta’ żewġt’irġiel li isimhom se jibqa’ mnaqqax fl-istorja bħala l-ewwel koppja omosesswali li żżewġet fil-Ġermanja.

F’Berlin, iż-żewġt’irġiel – li ilhom flimkien 38 sena, wiegħdu mħabbithom lejn xulxin proprju fil-ġurnata li ż-żwieġ ugwali sar legali fil-pajjiż.Aqra aktar

Jipproponilha quddiem il-Papa

Għalkemm imdorrijin naraw koppji miżżewġin li jitilgħu fil-Vatikan għall-benedizzjoni tal-Papa, xena mhux tas-soltu ġrat taħt għajnejn il-Papa hekk kif hu kien preżenti għal proposta taż-żwieġ.

Raġel niżel fuq sieq waħda u ħareġ ċurkett. Ovjament hi aċċettat!

 

Send this to a friend