żwieġ ugwali | One News

Notifiki

Is-Soċjalisti Ewropej ifaħħru l-kisba ta’ Gvern Laburista u ż-żwieġ ugwali

  • Is-Soċjalisti Ewropej qed ifaħħru l-abozz ta’ liġi introdott minn Gvern Laburista dwar żwieġ ugwali

Il-Partit tas-Soċjalisti Ewropej stqarr li huwa sodisfatt ferm li pajjiżna approva l-abbozz ta’ liġi għal żwieġ ugwali. Il-PES qal li pajjiżna kien il-ħmistax-il pajjiż li daħħal din il-liġi. Il-President tas-Soċjalisti Ewropej, Sergei Stanishev qal “Aktar drittijiet ikomplu jespandu d-demokrazija.”

Aqra aktar

Il-Knisja tinsisti li ż-żwieġ jibqa’ bejn mara u raġel biss

“Il-Parlament Malti lbieraħ approva l-Att tal-2017 li jemenda l-Att dwar iż-Żwieġ u Liġijiet oħrajn. Din il-liġi tieħu t-tifsira taż-żwieġ u tapplikaha wkoll għal relazzjonijiet bejn persuni tal-istess sess. Minkejja dak li tgħid il-liġi, li tqis l-istess dak li mhuwiex l-istess, iż-żwieġ jibqa’ dejjem ir-rabta esklussiva bejn raġel u mara, li hu miftuħ għat-tnissil tal-ulied.”

Din kienet ir-reazzjoni tal-Isqof ta’ Malta Charles J.Scicluna u l-Isqof ta’ Għawdex Mario Grech, li fi stqarrija li ppubblikaw qalu li l-mudell taż-żwieġ huwa biss bejn ir-raġel u l-mara; “mudell li dejjem ħaddnet l-umanità u mhux biss il-viżjoni Nisranija taż-żwieġ.”

Aqra aktar

Jiddefendi d-deċiżjoni li ma jagħtix vot ħieles

Il-Kap tal-Oppożizzjoni  Simon Busuttil uża intervista fuq Radio 101 il-Ħadd filgħodu biex ddefenda l-pożizzjoni tiegħu li ma jagħtix vot ħieles dwar il-liġi ta’ żwieġ ugwali.

Propju fil-jum fejn kienu diversi d-deputati nazzjonalisti li rrikorrew għal midja indipendenti biex jesprimu n-nuqqas ta’ qbil tagħhom dwar il-liġi ta’ żwieġ ugwali Simon Busutil ikkonferma d-diżgwid intern fil-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Anke Chris Said favur free vote

Wieħed mill-kontestanti għall-kariga ta’ tmexxija tal-Partit Nazzjonalista ukoll indika li dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ kien jikkunsidra vot ħieles.

F’intervista mat-Times of Malta, id-deputat Chris Said, kien mistoqsi b’mod dirett jekk kienx jikkunsidra vot ħieles ladarba m’għaddewx l-emendi tal-Partit Nazzjonalista.

Aqra aktar

Il-Partit Laburista jinsab fuq in-naħa t-tajba tal-istorja

  • Ugwaljanza mingħajr kompromessi

Bil-liġi taż-żwieġ indaqs għal darba oħra l-Partit Laburista, kif ġara b’leġislazzjonijiet fil-passat u kull darba li kellhom jittieħdu l-passi li kien ilhom meħtieġa ż-żmien, qed juri li jinsab fuq in-naħa t-tajba tal-istorja.

Fi stqarrija, l-Partit Laburista dal li permezz ta’ din il-liġi l-Gvern qed jara li jkun hemm ugwaljanza sħiħa u mingħajr kompromessi għax fejn tidħol l-imħabba ma jeżistu l-ebda kundizzjonijiet. Din il-liġi hija kwistjoni ta’ prinċipju, prinċipju li wieħed m’għandux jiddiskrimina persuna minn oħra sempliċiment abażi tal-orjentazzjoni sesswali tal-individwu.

Aqra aktar

M’hemmx kompromessi mal-prinċipji – Joseph Muscat

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għalaq id-dibattitu fi stadju tat-tieni qari dwar il-liġi tal-ugwaljanza fiż-żwieġ.

F’diskors ibbażat fuq prinċipji, il-Prim Ministru għamilha ċara li l-gvern mhu se jaċċetta ebda emenda li titfa’ lill-persuni LGBTIQ fit-tielet kategorija.

“L-idea li jerġgħu jidħlu kunċetti ta’ husband u wife, u jkun hemm żieda ta’ spouse hija inaċċettabbli, kif se tkun inaċċettabbli kull emenda simili li fis-sustanza jew fl-ispirtu ixxellef il-kunċett tal-ugwaljanza. Scaremongering dwar “omm” u “missier”.  Jien missier u ma nemmen li qed jitteħidli xejn, anzi qed nagħti lil uliedna. Hemm min qed jgħid li għandna naċċettaw dawn l-emendi f’ gieħ l-għaqda. Ma nistgħux infittxu għaqda fuq pożizzjoni li tiddiskrimina,” tenna l-Prim Ministru.

Aqra aktar

Send this to a friend