żvezja | One News

Notifiki

Elezzjoni Ġenerali fl-Iżvezja

Il-poplu Żvediż mistenni jivvota fl-elezzjoni ġenerali, b’kampanja li kienet iddominata partikolarment mill-partit kontra l-immigrazzjoni.
Mis-sondaġġi jidher li l-Partit tad-Demokratiċi żvediżi għandu 20% appoġġ u mistenni jiġi fit-tieni post, tmien snin wara li daħal fil-parlament. Aqra aktar

IL-KRONA ŻVEDIŻA STAMPATA F’MALTA GĦALL-EWWEL DARBA

Il-kumpanija Crane Currency ġibdet klijent ieħor lejn pajjiżna. Fil-fatt, ġie rrapurtat li wara kważi 277 sena l-istampar tal-Krona Żvediża mhux se jsir iżjed fl-Iżvezja, imma f’Malta.

Sa tmiem din is-sena, il-kumpanija Crane Currency ser taqleb l-operat tagħha ta’ stampar tal-Krona Żvediża mill-Iżvezja, għal Malta.

Aqra aktar

Ara: Il-Korea ta’ Fuq u l-Iżvezja f’laqgħat bilaterali qabel żmienhom

 

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq iltaqa’ f’laqgħat bilaterali fi Stokholma mal-Prim Ministru Svediż Stefan Lofven. Dan sar qabel il-laqgħa li mistennija jkun hemm bejn il-President Donald Trump u l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-Un.

Fil-passat l-Isvezja mexxiet diversi laqgħat ta’ medjazzjoni bejn Washington u Pyongyang.

Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fl-Iżvezja qal li d-diskussjonijiet ser jiffukaw fuq it-tensjonijeit bejn il-Korea ta’ Fuq u dik ta’ Isfel.

Din iż-żjara mistennija tibqa’ għadejja sa nhar il-Ħadd li ġej.

Kien il-ġimgħa l-oħra lill-President Trump aċċetta l-istedina tal-mexxej Korean biex jiltaqgħu għad-diskussjonijiet.

Dan ħasad lil bosta għall-fatt li ż-żewġ mexxejja heddew u insulentaw lil xulxin għal xhur sħaħ.

Il-Prim Ministru fi Stokkolma għal-laqgħat mal-Prim Ministru Svediż

Il-Prim Ministru Joseph Muscat beda tlett ijiem ta’ impenji f’sitt kaptali madwar l-Ewropa, b’laqgħa fi Stokkolma mal-Prim Ministru tal-Isvezja Stefan Löfven.

Iż-żewġ Prim Ministri ddiskutew l-aġenda soċjali tal-Unjoni Ewropea, il-progress tal-Presidenza Maltija, Brexit, kif ukoll il-kwistjoni tal-immigrazzjoni illegali.

Aqra aktar

Akkużati li stupraw tifel għal aktar minn siegħa u tefgħu filmati fuq l-internet

Ħames żgħażagħ Afgani kienu arrestati wara li tifel li għandu inqas minn ħmistax-il sena kien stuprat minnhom u mhedded b’sikkina ġewwa foresta. Dan waqt li ffilmjaw kollox.

Kollox seħħ f’Uppsala, fix-xlokk tal-Iżvezja, fejn it-tifel kien imsawwat, imkaxkar fil-foresta, miżmum kontra r-rieda tiegħu u stuprat għal aktar minn siegħa.

Aqra aktar

Send this to a friend