żurrieq | One News

Notifiki

Żejtuni ta’ 45 sena maqbud wara li ‘high-up’ jinqaleb fi Blue Grotto Avenue ż-Żurrieq

Raġel ta’ 45 miż-Żejtun jinsab maqbud fi blue Grotto Avenue fiż-Żurrieq wara li nqaleb ‘high up’.

F’aħbar li għadha qed tiżviluppa d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ tim mediku mill-Isptar Mater Dei jinsabu fi Triq Blue Grotto iż-Żurrieq wara li nqaleb vann hi-up.

Sorsi tagħna qalulna li fil-vann hemm persuna maqbuda u bħalissa qed issir ħidma sabiex jinħareġ mill-kabina.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Malta ħafna aħjar minn ta’ għaxar snin ilu – il-PM

Fl-isfond li fuq il-midja soċjali għaddejja dik imsejħa ‘10 year challenge’, fiż-Żurrieq il-Prim Ministru Dr. Joseph Muscat tkellem dwar kif għaxar snin ilu l-kwistjoni prinċipali għall-poplu kienet il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

Illum il-ġurnata l-poplu għandu rasu mistrieħa.

Quddiem folla mdaqqsa l-Prim Ministru semma kif 10 snin ilu l-ekonomija Maltija kienet staġnata u llum pajjiżna għandu ambjent ekonomiku b’saħħtu.

Hawn irrefera għal rapport tal-Forum Ekonomiku Dinji li għaxar snin ilu kien ikklassifika l-pajjiżna bħala l-71 pajjiż fid-dinja li għandu ambjent ekonomiku b’saħħtu.

“Illum mhux ninsabu l-aqwa fl-Ewropa imma saħansitra l-aqwa fid-dinja”, saħaq Dr. Muscat.
Semma kif għaxar snin ilu kullħadd kien jitbekka għax-xogħol, illum ġustament il-ħaddiema qed jitolbu kwalità ta’ xogħol aħjar għaliex in-narattiva tal-poplu nbidlet frott tal-bidla li nġabet minn dan il-Gvern.

“Għaxar snin ilu ma konniex nafu x’inhu surplus, konna nafu biss x’inhu defiċit”, qal il-Prim Ministru li żied jgħid, “Irridu ntellgħu ġenerazzjoni ta’ nies li defiċit ma jkunux jafu xi jfisser.”

Il-Prim Ministru saħaq li qabel min kien juża s-servizz taċ-childcare kien meqjus bħala sinjur.

“Illum kullħadd juża s-servizz taċ-childcare b’xejn”, qal il-Prim Ministru fost iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti.

Bl-aġenda riformista ta’ dan il-Gvern semma wkoll kif inbidel għall-aħjar is-settur edukattiv u qal kif għaxar snin ilu ma kienx hawn trasport b’xejn għall-iskejjel u l-prezzijiet tal-uniformijiet kienu kkaratterizzati minn suq salvaġġ filwaqt li llum għandek prezz regolat għall-uniformijiet tat-tfal tal-iskola.

Il-Prim Ministru semma wkoll il-pensjonanti li kienu meqjusa foqra għaxar snin ilu u llum qed jirċievu żieda wara l-oħra.

B’rabta mal-pensjonanti semma s-settur tas-saħħa u qal kif għaxar snin ilu kien hemm l-mediċini ‘out of stock’ u llum din il-problema spiċċat.

Frott il-bidla li ġab dan il-Gvern, il-Prim Ministru spjega kif għaxar snin ilu, anki l-faqar kien qed jgħolli rasu u llum dan ġie indirizzat u naqas ferm.

Hawnhekk b’ton umli l-Prim Ministru qal li l-Gvern xorta huwa saqajh mal-art u quddiem din il-bidla pożittiva jagħraf li hawn min għandu sfidi u jrid ikun il-Gvern li jwieżen.

Il-Prim Ministru semma wkoll l-infrastruttura tal-pajjiż.

“Nistgħu nieħdu ritratt għat-10 year challenge tal-infrastruttura tal-pajjiż. Illum pajjiżna qed jinbidel u għas-snin li ġejjin se nkomplu nsaħħu l-infrastruttura tal-pajjiż”, qal Dr. Joseph Muscat.

Semma wkoll it-turiżmu u qal kif għaxar snin ilu, iż-żieda fin-numru tat-turisti li żidnih din is-sena kien jiżdied f’sitta jew seba’ snin.

Il-Prim Ministru qal li għal din is-sena se nkunu qed nilħqu l-mira ta’ tliet miljun turist fis-sena.

X’taf dwar iż-Żurrieq? Ħu ċ-ċans li tiskopri iżjed

Iż-Żurrieq ilu abitat sa minn Żmien il-Bronż minn popolazzjoni pjuttost imdaqqsa. Illum dan il-villaġġ joffri diversi siti ta’ interess li jiddataw għal perjodi differenti. Nhar is-Sibt, 15 ta’ Diċembru, Heritage Malta qed tistieden lill-pubbliku għal mixja kulturali madwar iż-Żurrieq biex jiskopri wħud minn dawn il-postijiet interessanti.

Aqra aktar

“Id-destin ried li llum, il-baħar jieħu lilu”- l-anzjan li tilef ħajtu fiż-Żurrieq kien salva persuna mill-għarqa sentejn ilu

L-anzjan li tilef ħajtu traġikament f’Wied iż-Żurrieq huwa Rokku Bonnici, sajjied ta’ 85 sena miż-Żurrieq stess li f’Ġunju li għadda kien rikonoxxut b’ġieħ iż-Żurrieq, wara li anqas minn sentejn ilu salva persuna mill-għarqa.

“Id-destin ried li llum, il-baħar jieħu lilu”, qal is-Sindku taż-Żurrieq, Natius Farrugia, meta f’messaġġ fuq il-midja soċjali sellem il-memorja tas-sajjied qalbieni.  Aqra aktar

“Twaħħalx f’ħaddieħor” l-Awtorità għat-Trasport lil kumpanija tad-double deckers wara l-inċident fiż-Żurrieq

Permezz tal-avukat Edward Gatt, l-Awtorità għat-Trasport f’Malta ressqet kontro-protest ġudizzjarju għal protest li ressqet il-kumpanija City Sightseeing Malta li hija l-kumpanija li double decker tagħha laqtet friegħi ta’ siġra fiż-Żurrieq bil-konsegwenza li nqatlu żewġ turisti u ndarbu bosta.Aqra aktar

Filmat: Statwa ġdida għal Santa Katarina

Ilbieraħ filgħaxija, bosta Żrieraq kienu qegħdin fuq ix-xwiek biex isegwu iċ-ċerimonja ta’ inawgurazzjoni tal-istatwa tal-monument ta’ Santa Katarina f’Misraħ ir-Reppublika ż-Żurrieq.

Lura fiż-żmien, it-tradizzjoni kienet tgħid li l-istatwa titulari tkun dejjem f’tarf ir-raħal. Infatti, fl-1766 kien hemm statwa fit-tarf taż-Żurrieq, dik ta’ Santa Katarina. Huwa għalhekk li fid-dawl ta’ tliet anniversarji importanti għaż-Żrieraq.Aqra aktar

Send this to a friend