żonqor | One News

Notifiki

Iż-Żonqor il-pass li jmiss

Bix-xogħol fuq Baċir Numru 1 f’Bormla fi stadju avvanzat, tant li fi ftit xhur mistenni jibda jilqa’ l-istudenti l-iżviluppaturi tal-Università Amerikana f’Malta għandhom lesti l-pjanijiet biex jibdew ix-xogħol fuq il-kampus li se jibnu fiż-Żonqor, Wied il-Għajn.

Tant li dwar dan hemm applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Oriġinarjament iż-Żonqor kien is-sit ewlieni ta’ din l-Università b’investiment barrani. Iżda, minħabba li kien se jinvolvi medda kbira ta’ art ODZ il-gvern ħa d-deċiżjoni li jasal fi ftehim u l-AUM issir f’żewġ bnadi.

It-tnejn fin-nofsinhar tal-pajjiż bil-għan li din iż-żona wkoll tgawdi mill-investiment barrani. Segwi dan is-servizz sabiex tifhem aktar dwar ix-xogħlijiet li għaddejjin.

Aqra aktar

FILMAT: dalgħodu fiż-Żonqor meta sabu katavru ta’ mara

Għadu mhux identifikat il-katavru ta’ mara li nstab kmieni llum fiż-Żonqor. Il-Pulizija għadha kemm ikknofermat mill-ġdid li ma tafx l-identità tal-persuna li nstabet għall-ħabta tas-07:30 mill-Forzi Armati stess.

Mhux magħruf lanqas jekk hux reltatat mal-anzjana li l-bieraħ waqgħat il-baħar f’Tas-Sliema, u li għadha mhix identifikata.

Aqra aktar

Send this to a friend