żjara – One News

Notifiki

Il-Viċi President tal-Indja jżur Malta

Malta u l-Indja.

Żewġ pajjiżi ġeografikament imbegħdin minn xulxin iżda b’waqtiet storiċi komuni għal xulxin u li ilhom għal snin twal jikkoperaw flimkien, fosthom dan l-aħħar fuq investiment fil-farmaċewtika.

Matul il-jum, il-Viċi-President tal-Indja Venkaiah Naidu beda żjara uffiċjali ta’ jumejn f’pajjiżna.Aqra aktar

Bil-Filmat: Malta se tmexxi Stati Membri tal-U.E fi sħubija mal-Ġappun

Malta se tmexxi lil Stati Membri tal-Unjoni Ewropea oħra biex ikun irratifikat il-ftehim dwar Sħubija bejn l-U.E u l-Ġappun. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat waqt diskussjonijiet mal-Prim Ministru Ġappuni Shinzo Abe, li fost oħrajn tefgħu dawl fuq relazzjonijet kummerċjali u ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi.

Permezz ta’ dan il-ftehim, iktar prodotti mill-Ġappun se jkunu jistgħu jiddaħħlu fis-Suq Ewropew, u prodotti Maltin se jkunu jistgħu jidħlu fis-Suq Domestiku Ġappuniż. Fl-istess ħin, Malta u l-Ġappun iddiskutew il-possibiltà  li Malta tibda tesporta prodotti agrikoli bħal majjal u tadam.

Il-Prim Ministru Muscat innota ukoll kif l-ammont ta’ student Ġappuniżi li qed jiġu Malta biex jistudjaw l-Ingliż qiegħed jiżdied, u issa se jkollhom ukoll ċans li jsibu mpjieg f’pajjiżna. Muscat qal li huwa sodisfatt li għandu l-appoġġ tal-Prim Ministru Ġappuniż fil-ftehmiet hemm għaddejja bejn Malta u diversi korporazzjonijiet fil-Ġappun għal iktar investiment bejn iż-żewġ pajjiżi, biex, skont Muscat, il-Ġappun se jkollu sieħeb onest u b’interessi komuni f’Malta.

Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Shinzo Abe qal li ż-żjara tal-Prim Ministru Malti f’pajjiżu kienet waħda ta’ suċċess li kompliet issaħħaħ ir-relazzjoni eċċellenti bejn iż-żewġ pajjiżi, u tkellem dwar il-kollaborazzjoni bejniethom rigward Il-Liġi Marittima Internazzjonali.

ARA: Koperazzjoni aħjar bejn Malta u l-Ġappun

Malta se tibda l-proċess biex tiġi implimentata s-Sħubija Ekonomika u Strateġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun.

Stqarr dan il-Prim Ministru Joseph Muscat waqt il-Japan-Malta Business Forum organizzat minn Trade Malta u l-Japanese External Trade Organisation f’Tokyo. Forum li għalih attendew numru kbir ta’ negozjanti Ġappuniżi.

Il-Prim Ministru stqarr li permezz ta’ dan il-ftehim, il-koperazzjoni se tinkludi mhux biss id-djalogu politiku u dwar policies, iżda anke koperazzjoni reġjonali u fuq livell globali. Dan anke dwar l-ambjent u t-tibdil fil-klima, policies dwar żvilupp u għajnuna f’każ ta’ diżastru, u l-politika tas-sigurtà. B’hekk l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun jaħdmu flimkien għall-promozzjoni tal-paċi, stabbiltà u l-prosperita dinjija.Aqra aktar

Joseph Muscat iżur l-unika familja li tgħix Kemmuna

Qabel il-mass meeting fix-Xagħra, Għawdex il-Prim Ministru u Mexxej laburista Joseph Muscat żar l-unika familja li tgħix f’Kemmuna. Familja li kienet qed tistennih b’ħerqa fil-fatt laqgħatu fir-residenza tagħhom fuq din il-gżira żgħira ferm popolari mhux biss mal-Maltin iżda anke mat-turisti, ma setgħax jonqos li jippreparawlu ukoll xi ħaġa tal-ikel għall-okkażjoni.

Aqra aktar

Send this to a friend