żiemel – One News

Notifiki

Żiemel jaħrab fil-Marsa- twissija lis-sewwieqa

Il-Pulizija qed twissi dwar żiemel li ħarab fl-inħawi tal-Marsa, direzzjoni lejn l-ajruport. Uffiċjali tal-Pulizija intbagħtu fuq il-post biex jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Sewwieqa li jiffrekkwentaw l-inħawi qed ikunu mwissija jsuqu b’attenzjoni biex tkun evitata xi traġedja.

 

 

Jindarab gravi wara li sfrattalu ż-żiemel f’Birkirkara

Raġel ta’ 43 sena li joqgħod Birkirkara sofra ġrieħi gravi wara li ż-żiemel li kien qed isuq, għal xi raġuni, sfratta u ħarab, bil-konsegwenza li r-raġel waqa’ minn fuq is-serkin.

Dan ġara llum, għall-ħabta tan-nofsiegħa (12.30hrs), il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Dun Karm, f’Birkirkara.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post kif ukoll issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

 

Iż-żwiemel jibqgħu f’ħajtu sal-aħħar tislima

Funeral mhux tas-soltu li sar permezz ta’ karru antik tal-mejtin li għandu mal-150 sena llum intuża għall-funeral ta’ Karmenu Ellul, magħruf aktar bħala Tal-Balay.
Karmenu sfortunatament tilef ħajtu s-Sibt li għadda wara li ntlaqat minn vettura waqt li kien qed jaqsam it-triq f’Aldo Moro fil-Marsa.

“Tieklux aktar laħam taż-żiemel” – Brigitte Bardot

Il-President tal-Fondazzjoni Brigitte Bardot, li hija fondazzjoni Franċiża li taħdem favur il-protezzjoni tal-annimali bagħtet ittra liċ-ċittadini Maltin.

F’din l-ittra appellat biex “anke jekk din se tkun sfida għalik, qed insaqsik minn qalbi biex tieqaf tiekol il-laħam taż-żiemel.”

Aqra aktar

FILMAT: Dawra biż-żiemel tintemm b’għajjat ta’ terrur!

Kien żiemel tat-tiġrija rtirat bl-isem ta’ Shamrock. Il-każ seħħ l-Ingilterra. Sid iż-żiemel ried jieħdu għal dawra, mingħalih għadda żmienu u ma jiflaħx jiġri wisq. Min kellu jgħidlu li kien se jipperikola ħajtu!

Hekkk ġralu ċertu Nick Bull, meta ż-żiemel ried jerġa’ jgħix il-mumenti glorjużi tiegħu, f’mument xejn mistenni.

Ir-reazzjoni ta’ Bull meta jintebaħ li jinsab fil-periklu wasslet biex dan il-filmat sar viral. Fil-filmat jinstema’ jgħajjat bil-biża’ waqt id-dawra li m’hu se jinsa qatt.

Aqra aktar

Send this to a friend