żieda – One News

Notifiki

Il-ħaddiema b’impjieg full-time żdiedu b’6%

Ċifri tal-uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li f’April li għadda l-impjiegi full-time żdiedu b’5.9% meta mqabbel ma’ April tas-sena li għaddiet.

Dan ifisser li sal-aħħar ta’ April li għadda, il-ħaddiema fis-suq tax-xogħol f’pajjiżna qabżu l-215,000 ruħ. Aqra aktar

L-aħħar stħarriġ tal-LFS juri żieda ta’ 16,468 impjieg – is-salarju bażiku tela’ għal €19,484 fis-sena

L-aħħar stħarriġ dwar is-suq tax-xogħol li jsir mill-uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika sab li l-persuni jaħdmu bejn April u Ġunju żdiedu b’aktar minn sittax-il elf u erba’ mitt meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.

BEJN APRIL U ĠUNJU
2019 – 251,700
2018 – 235,235
+16,468 IMPJIEG

Il-Labour Force Survey juri li ż-żieda ta’ sebgħa fil-mija fl-impjiegi wasslet biex f’Malta kien hawn mitejn wieħed u ħamsin elf u sebgħa mitt ruħ li kienu qegħdin jaħdmu.

Din iċ-ċifra tirrappreżenta kważi sittin fil-mija tal-popolazzjoni Maltija fl-età ta’ bejn il-15 u l-64 sena.

L-istħarriġ li sar fost aktar minn tlett elef u mitejn familja, juri li bħala medja, is-salarju bażiku kien ta’ 19,484 ewro fis-sena.

Dan ma jinkludix ħlasijiet ta’ sahra, benefiċċji u l-bonus. Il-Labour Force Survy juri li l-ħaddiema fis-settur finanzjarju u fl-assigurazzjoni għandhom l-aħjar pagi. Imqabbel mal-istess perjodu fl-2012, is-salarju bażiku żdied b’aktar minn erbat elef ewro.

IS-SALARJU BAŻIKU BEJN APRIL U ĠUNJU
2019 – €19,484
2018 – €18,942
2017 – €18,064
2012 – €15,471

Minn dan l-istħarriġ joħroġ ukoll li ftit aktar minn tmint elf u tmien mija jew tnejn punt wieħed fil-mija qegħdin ifittxu impjieg, 235 anqas milli kien hemm fl-istess perjodu s-sena l-oħra.
Minn dan l-istħarriġ joħroġ ukoll li kważi sittax fil-mija kienu qegħdin jaħdmu għal rashom.

Malta bit-tielet l-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-UE – Eurostat

Il-prezz internazzjonali taż-żejt jogħla bi 15%

Il-prezz internazzjonali taż-żejt issa għola bi 15%, l-ogħla żieda f’madwar tletin sena. Iż-żieda fil-prezz taż-żejt saret kawża ta’ żewġ attakki fuq faċilitajiet ta’ wieħed mill-akbar produtturi taż-żejt fl-Arabja Sawdija. Dawn l-attakki qatgħu daqs 5% tad-domanda globali.

Aġenziji tal-aħbarijiet internazzjonali qed jirrapportaw li ż-żieda kienet mistennija tlaħħaq l-għoxrin fil-mija, iżda deċiżjoni mill-Istati Uniti li jintużaw riżervi minn tagħha taż-żejt żammet il-prezzijiet relattivament baxxi.
L-Istati Uniti qed iżommu lill-Iran responsabbli tal-attakki tas-Sibt fuq l-Arabja Sawdija, liema attakki mistennija jkomplu jheddu l-faċilitajiet tal-enerġija f’dan ir-reġjun

Send this to a friend