zghazagh | One News - Part 5

Notifiki

Żgħażagħ jinsistu għal vot 16

Ħames organizazzjonijiet flimkien mal-Kunsill Nazzjonali għaż-żgħażagħ iffirmaw ittra mibgħuta lill-Membri Parlemantari kollha bl-għan li jwasslu l-messaġġ tagħhom li huma favur li żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvottaw fl-elezzjonijiet kollha.
Aqra aktar

L-FŻL favur li żgħażagħ ta’ 16-il sena jivvotaw fl-elezzjonijiet Ġenerali

Il-Forum Żgħażagħ Laburisti jilqa’ b’sodisfazzjon l-aħbar li fil-baġit li jmiss il-Gvern se jkun qed jibda konsultazzjoni pubblika dwar il-proposta li żgħażagħ ta’ 16 –il sena jivvutaw fl-elezzjonijiet ġenerali f’pajjiżna. Fi stqarrija l-Forum Żgħażagħ Laburisti stqarr li jaqbel li dawn iż-żgħażagħ għandu jingħatalhom il-vot, bħal ma diġa sar minn dan il-Gvern stess għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.
Aqra aktar

“Iż-żgħażagħ ta’ 16-il sena għandhom jivvotaw fl-elezzjonijiet kollha”

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jemmen li ż-żgħażagħ għandhom jingħataw id-dritt tal-vot qabel l-2024 fl-elezzjonijiet kollha. Fi stqarrija huwa spjegaw li jinsabu pożittivi dwar l-isforz li qiegħed isir biex bħala wieħed mill-għanijiet tal-Politika Nazzjonali tat-Tfal li tnediet ilbieraħ,il-vot għaż-żgħażagħ ta’ 16-il sena jiġi estiż għall-elezzjonijiet ġenerali, dawk tal-Parlament Ewropew u referenda.
Aqra aktar

Kull jumejn – seba’ persuni li kienu qiegħda sabu impjieg

  • Kull jumejn, seba’ persuni li jkunu qiegħda sabu xogħol
  • Jinżlu għal 3,360, l-persuni jirreġistraw għax-xogħol
  • It-tnaqqis qawwi fil-qgħad qed jinħass l-aktar fost iż-żgħażagħ
  • In-numru ta’ Għawdxin jirreġistraw għax-xogħol naqas għal 504 minn 742
  • Tnaqqis ta’ 56% fin-numru ta’ persuni b’diżabilita’ li qed ifittxu impjieg

Taħt din l-amministrazzjoni, bħala medja, kull jumejn, seba’ persuni li kienu qiegħda sabu xogħol. B’kuntrast, matul il-ħames snin tal-amministrazzjoni preċedenti, bħala medja kull jumejn persuna aktar kienet tispiċċa tirreġistra.

Fi stqarrija l-Gvern qal li fiż-żmien meta Simon Busuttil kien il-viċi kap tal-partit fil-gvern, in-numru ta’ nies jirreġistraw kien żdied b’aktar minn erba’ persuni kull jumejn.
Aqra aktar

Iż-żgħażagħ Maltin l-iktar attivi onlajn

 

Il-Preżenza taż-żgħażagħ Maltin fuq siti elettroniċi kienet rikonoxxuta mill-Eurostat fi studju riċenti dwar l-aspetti tal-internet li jinvolvu ruħhom fih iż-żgħażagħ Ewropej. Jidher li l-Maltin l-iktar li jużaw l-internet biex jixtru, għas-siti soċjali bħal Facebook u Twitter, u biex isibu materjal edukattiv.Aqra aktar

Programm ġdid għar-rijabilitazzjoni ta’ priġunieri żgħażagħ

Ingħata bidu għat-tfassil ta’ programm ġdid ta’ rijabilitazzjoni għal żgħażagħ taħt il-21 sena kemm maskili kif ukoll femminili, li qed jiskontaw sentenza karċerarja jew li qed jistennew mill-Qorti l-eżitu tas-sentenza tagħhom.

Dan huwa l-ewwel programm tax-xorta tiegħu fuq livell lokali mmexxi mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u qed jitfassal minn grupp ta’ professjonisti fil-qasam tas-servizzi korrettivi.Aqra aktar

Spalla għaż-żgħażagħ, f’kull pass ta’ ħajjithom

Il-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà għandha dekan ġdid; Andrew Azzopardi.  Dwar is-soċjetà jitkellem u jirrifletti kontinwament, fi programmi, f’pubblikazzjonijiet u f’diskussjonijiet f’postijiet differenti. Fost it-temi li għandhu għal qalbu hemm iż-żgħażagħ u l-inklussività tagħhom fis-soċjetà. Proprju wieħed mill-korsijiet fil-fakultà li tagħhha issa huwa dekan iħejji persuni jaħdmu maż-żgħażagħ, il-kors tal-Youth Workers.

Intervistajnih dwar is-suġġett.

X’inhi r-rilevanza tal-youth workers illum-il ġurnata?

Il-professjoni tal-youth work hija professjoni relattivament ġdida f’pajjiżna.  Milux wisq li ngħatat status ta’ professjoni u giet akkreditata bil-warrant.  Madankollu din il-professjoni qed ssir ferm aktar popolari u rikjesta u issa qed jibda jkollna l-isfida li hemm ħafna aktar domanda milli supply ta’ Youth Workers.  Infatti bħalissa bejn BA u MA għandna madawar 100 student li qed jitħarrġu imma nittamaw li matul is-snin li ġejjin dawn in-numri jkomplu jikbru biex ilaħqu mat-talba.  Tant hu hekk li issa apparti l-kors ta’ filgħaxija part-time, BA (Hons) Youth and Community Studies u l-MA Youth and Community Studies minn din is-sena akkademika li ġejja ħa nkunu qed noffru ukoll l-BA (Hons.) Youth and Community Studies Day Course u l-MA bir-ricerka fil-Youth Justice, biex inkomplu inwessgħu aktar ir-reach tagħna.

X’ħidma qed issir sabiex l-aġenzija żgħażagħ u l-Università ta’ Malta jintegraw il-ħidma tagħhom? 

Għall-ewwel darba, dalwaqt ħa jiġi ffirmat Memorandum of Understanding bejn id-Dipartiment taż-Żgħażagħ u l-Komunita’ fi ħdan  l-Università u l-Aġenzija Żgħażagħ, biex tissaħħah il-kollaborazzjoni fuq livell ta’ taħriġ tal-istudenti, opportuntajiet ta’ ħidma barra minn Malta, żvilupp ta’ policy u riċerka.

Għalkemm ir-relazzjoni tagħna mal-Aġenzija Żgħażagħ immexxija minn Miriam Teuma hija brillant, dan il-MoU ser jikkonsolida din ir-relazzjoni u jagħti messaġġ importanti ta’ sħubija bejn min qed iħarreġ il-Youth Workers u min qed jimpjeghom u jagħti s-servizzi fil-qasam. Irridu li t-taħriġ li qed jipprovdu lil Youth Workers ikunu kontinwament aġġornat u strutturat biex jilqa’ għat-tibdil li qed isir kontinwament.

X’inhuma l-issues l-aktar pertinenti fejn jidħlu żgħażagħ?

Iż-żgħażagħ jibqgħu fiċ-ċentru tal-attenzjoni u xi kultant tal-kontroversja ukoll.  Madankollu ż-żogħożija li llum tinfirex mill-eta’ ta’ 12–il sena għall-eta’ ta’ 30 sena hija eta’ kumplessa imma interssanti.  Jien inqis din l-eta’ bħala d-demm tas-socjetà tagħna, dik il-ġenerazzjoni li tghħddi l-ossignu.  Huwa meħtieg li nisimgħu x’ qed jgħidulna imma anke nieħdu azzjoni fuq dak li qed jgħidulna.

Irridu nghidu ukoll li t-teknoloġija, il-globalizazzjoni, is-sitwazzjoni politika internazzjonali, il-ġid li jinħoloq għamlu din l-eta’ kumplessa immens u xi kultant diffiċli biex ninterpretaw l-lingwa tagħhom.  Għalhekk, li jkollna Youth Workers professjonali saret tant importanti u neċessarja llum-il ġurnata, biex jgħinuna noħolqu pontijiet maż-żgħażagħ.

Kif tixtieq tarah jiżviluppa dan is-servizz?

Jien nittama li ma ndumux ma naraw il-Youth Workers joperaw f’numri akbar fi klabbs, fil-Faċilità Korrettiva (specjalment fis-sezzjoni taż-żgħażagħ), jaħdmu aktar qrib mal-pulizija, fil-qasam edukattiv, fl-aġenzija soċjali bħal Sedqa, SAPPORT u APPOGG, fl-NGOs u anke nsibuhom aktar preżenti fis-settur tad-divertiment u tal-mistrieħ.  Il-Youth Worker qiegħed hemm mhux biss biex jakkumpanja liż-żgħażagħ meta s-sitwazzjoni tal-ħajja tibgħat ċerta diffikultajiet, imma anke biex takkumpanja liż-żgħażagħ fit-tiftix għax-xogħol, fl-iżvilupp tal-karriera u fl-iżvilupp tal-personalità.

Send this to a friend