zghazagh | One News - Part 4

Notifiki

Il-Papa jħeġġeġ lill-kappillani jilqgħu żgħażagħ li jagħżlu koabitazzjoni

Il-Papa Franġisku ħeġġeġ lill-kappillani biex jilqgħu, jisimgħu u jifhmu liż-żgħażagħ li jagħżlu l-koabitazzjoni minflok żwieġ.

Meta ltaqa’ ma’ kappillani fi tmiem kors dwar il-proċess matrimonjali organizzat mis-Sacra Rota Romana, il-Papa qalilhom li għandhom ikunu qrib dawn iż-żgħażagħ fl-ispirtu tal-Vanġelu. “Fil-livell spiritwali u morali, dawn huma fost il-fqar li għalihom il-Knisja trid tkun omm li ma tabbandunahomx iżda li tersaq lejhom u tikkurahom. Dawn ukoll għandom l-imħabba ta’ qalb Kristu. Ħarsu lejhom intom ukoll b’ħarsa ta’ tenerezza u l-kompassjoni.”

Aqra aktar

Żgħażagħ mistiedna jgħidu tagħhom fil-Parlament

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ) illum fetaħ l-applikazzjoni għall-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ.

Se jkun hemm żewġ seduti ta’ diskussjonijiet fil-parlament, flimkien ma’ membri parlamentari. Se jiddiskutu riżoluzzjonijiet dwar temi differenti mħejjija mill-KNŻ, fosthom il-klima u l-kultura. Se tkun opportunità biex ż-żgħażagħ jattendu wkoll għal live-ins u workshops biex itejbu l-mod kif jesprimu ruħhom quddiem in-nies.

Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius saħaq fuq l-importanza tal-attiviżmu politiku fost iż-żgħażagħ, li dan il-Gvern tah leħen sa mill-bidu, bil-vot ta’ sittax-il sena fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u issa mistennija tiftaħ konsultazzjoni pubblika dwar dan il-vot fl-elezzjonijiet ġenerali.

Tifla ta’ 13-il sena l-iżgħar omm tal-2016

  • Mgħejjuna 52 minuri li saru ommijiet

Is-sena li għaddiet kien hemm 52 tfajla taħt l-età li ngħataw għajnuna miċ-Ċentru Għożża li jieħu ħsieb jgħin tfajliet adoloxxenti li jkunu naqbdu tqal.  L-iżgħar tifla s-sena li għaddiet kellha 13-il sena, filwaqt li kien hemm oħra ta’ 14 u tnejn ta’ 15 –il sena.  Kien hemm tliettax –il tfajla taħt is-sittax –il sena u 24 oħra taħt is-sbatax–il sena.

Aqra aktar

Il-qassis anzjan fil-qalba ta’ Paceville

Għandu 83 sena u ħidmietu żżommu fil-qalba ta’ Paceville, il-mekka tad-divertiment. Għex ħajtu man-nies, grazzi għall-futbol u l-missjoni edukattiva u soċjali tiegħu, u sal-lum għadu jħoss il-polz tas-soċjetà. Fil-ġimgħa tal-Milied kien proprju dwar dan l-iktar li xtaqna nitkellmu mal-Patri Agostinjan Hilary Tagliaferro.

L-iktar proġett importanti li għandek f’idejk huwa l-Millenium Chapel. X’inhu x-xogħol li qed isir hemm?

Bażikament, aħna ridna nimmiraw lejn il-bniedem b’mod ħolistiku. Nemmen li Paceville huwa post li għandu t-tajjeb tiegħu, għaliex il-bniedem għandu bżonn li jiddeverti. Madankollu, l-iskop tal-kappella kien li f’nofs dan l-istorbju u d-divertiment kollu, aħna noffru post ta’ silenzju u trankwillità sabiex dak li jkun jista’ jirrifletti u jingħaqad m’Alla. Ta’ min isemmi li għandna żewġ ġemmellaġġi, li huma mas-soritijiet tal-Klawsura ta’ Birkirkara, għaliex fatt interessanti huwa li tliet sorijiet minnhom kienu jiġu Paceville biex jiddevertu u mbagħad jgħaddu l-Millenium Chapel, u jħossu li l-vokazzjoni tagħhom kienet grazzi għall-kappella, filwaqt li anke mal-YFA. Naħdmu ħafna għaż-żgħażagħ u nagħtu kas il-ġisem tal-bniedem.

Għandna wkoll siġra li permezz tagħha nfakkru dawk iż-żgħażagħ li jkunu tilfu ħajjithom b’mod traġiku. Barra minn dan is-simboliżmu, għandna wkoll 13-il counsellor professjonali li jaħdmu maż-żgħażagħ li jkollhom xi problemi ta’ vizzji jew affarijiet oħrajn konċernati mal-ħajja ta’ kuljum. Insemmi wkoll skrin li għandna barra l-kappella, fejn minflok juri reklami, juri messaġġi tagħna, li huma messaġġi ta’ kuraġġ, motivazzjoni u anke mħabba.

Aqra aktar

Żgħażagħ Għawdxin jgħidu tagħhom dwar il-futur tal-Ewropa

  • Żgħażagħ mill-Gozo College Boys’ Secondary School fir-Rabat, Għawdex  jgħidu tagħhom dwar il-futur tal-Ewropa

Studenti mill-Gozo College Boys’ Secondary School fir-Rabat, Għawdex se jipparteċipaw fl-Assemblea taż-Żgħażagħ tal-Ewropa Tiegħek, Leħnek.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għażel studenti mill-Gozo College Boys’ Secondary School fir-Rabat, Għawdex biex jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-2017 tal-Ewropa Tiegħek, Leħnek, l-assemblea annwali taż-żgħażagħ tal-Kumitat li tiddibatti l-isfidi prinċipali li qed tiffaċċja l-Ewropa.

Aqra aktar

120 żagħżugħ u żagħżugħa minn madwar id-dinja jinsabu Malta għal għan speċifiku…

Pajjiżna qed jospita il-ħdax-il edizzjoni tal-International Youth Fair.

Din qed tkun organizzata f’pajjiżna minn Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni ma’ EUPA permezz ta’ fondi ta’ Erasmus+.  Din l-attività bit-titlu #readyfortheroad qed tlaqqa’ flimkien 120 youth worker minn 36 pajjiż fl-Ewropa u l-Mediterran.

L-attività għandha l-għan li tikreja għodod għas-solidarjetà u l-inklużjoni sabiex il-youth workers jkollhom għodod innovattivi sabiex jużawhom maż-żgħażagħ. Tool Fair XI – #Readyfortheroad għandha tipprovdi ambjent stimulanti u proattiv li fih il-parteċipanti jaħdmu maż-żgħażagħ jistgħu jinteraġixxu u jiddiskutu, u jaqsmu għodod u l-prattiki tax-xogħol.

Aqra aktar

Ċans ieħor għal żgħażagħ ħabsin

Young offenders rehabilitation unit fl-Imtaħleb għaddejja bi proġett ta’ miljun u nofs ewro estenzjoni ta bini sabiex tkun l-unika ċentru li tilħaq iż-żgħażagħ ħabsin li għandhom taħt il-21 sena fiha.
Aqra aktar

Send this to a friend