zghazagh | One News - Part 3

Notifiki

FILMAT: Eluf ta’ żgħażagħ wara Joseph Muscat

Eluf ta’ żgħażagħ reġgħu urew li huma wara Joseph Muscat u li fit-tlieta ta’ Ġunju se jivvottaw għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna.

Dan intwera biċ-ċar waqt il-pre-election party tal-Forum Żgħażagħ Laburisti fejn deher biċ-ċar li l-appoġġ lejn il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat kien wieħed b’saħħtu ħafna.

Dan huwa turija ċara li l-Partit Laburista huwa l-għażla naturali taż-żgħażagħ f’pajjiżna,

Aqra aktar

Attivitajiet tal-massa għaż-żgħażagħ

Tmiem din il-ġimgħa u l-bidu tal-ġimgħa d-dieħla se jfissru żewġ attivitajiet tal-massa għaż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja elettorali tal-Forum Żgħażagħ Laburisti.

Imħeġġa mir-rispons li qed jagħtu ż-żgħażagħ bħala parti mill-kampanja NEXT 5, il-membri tal-Forum Żgħażagħ Laburista qed jorganizzaw bil-kbir.

L-ewwel avveniement huwa dak ta’ nhar is-Sibt fil-Gianpula. Party kbir għaż-żgħażagħ fejn mhux se tonqos il-preżenza tal-Prim Ministru.

Aqra aktar

Nhar it-3 ta’ Ġunju, l-għażla hija partikolarment importanti għaż-żgħażagħ

Fil-Valletta Waterfront, il-Prim Minsitru indirizza liż-żgħażagħ f’attività mill-isbaħ organizzata mill-Forum Żgħażagħ Laburisti.

Joseph Muscat qal li l-pajjiż se jintela’ xogħol. Dan f’diversi setturi, inkluż is-servizz finanzjaru. Esprima s-sens ta’ kburija li mexxa l-iktar Gvern li naqqas il-qgħad u ħoloq l-impjiegi.

Dwar studenti Għawdxin, il-Prim Ministru spjega li kumpaniji se jkunu inċentivati jitrasferixxu x-xogħol permezz ta’ teleworking lejn Għawdex. Il-kumpaniji kollha li jmorru Għawdex, se jkollhom tliet snin ma jħallsux taxxa.

Tkellem fuq il-kwalità tal-arja, u kemm ġenerazzjonijiet ta’ nies sofrew minħabba kwalità baxxa. Issa dan kollu nbidel. Fuq il-kwistjoni tal-ODZ, spjega li m’hemmx iktar proġetti li se jsiru barra z-zona ta’ żvilupp, fejn jidħlu proġetti Governattivi.

Fuq startups, Joseph Muscat qal li l-għan hu li jkunu mħeġġa anke barranin jiġu lejn Malta.

Aqra aktar

Iż-żgħażagħ b’entużjażmu jwasslu l-messaġġ ta’ Joseph Muscat

Iż-żgħażagħ għaddejjin ġmielhom bil-kampanja pożittiva u mimlija enerġija tagħhom NEXT 5.

Fil-fatt bdew il-jum tas-Sibt fil-Pjazza ta’ Ħaż-Żebbuġ fejn qiegħdin jiltaqgħu ma’ żgħażagħ u nies tal-lokalità iqassmu l-manifesti tal-kampanja elettorali tal-Partit Laburista li ġie approvat waqt il-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista kif ukoll fuljetti li jiffokkaw fuq il-wegħdi mwettqa minn Gvern Laburista fl-aħħar erba’ snin.

Wegħdi li bbenefikaw minnhom kull ċittadin Malti u Għawdxi. Iż-żgħażagħ preżenti dehru entużjasti jiltaqgħu man-nies flimkien mal-kandidati tal-Partit Laburista li se jikkontestaw fuq is-sitt distrett.

Il-GWU Youths tagħraf l-impenn tal-Partit Laburista bi proposti favur iż-żgħażagħ

Il-GWU Youths fi stqarrija qalet li tilqa’ b’mod pożittiv il-proposti għall-elezzjoni ġenerali tat-tlieta ta’ Ġunju li ġej li qegħdin jikkonsolidaw il-pedamenti għall-ġejjieni tal-ġenerazzjoni żagħżugħa f’pajjiżna.
Qalu li l-proposta ta’ eżenzjoni minn ħlas ta’ taxxa għal dawk li jiksbu Masters jew Phd hija fid-direzzjoni t-tajba biex tgħin liż-żgħażagħ ikomplu jistudjaw u/jew jispeċjalizzaw fil-professjoni tagħhom. Dan għandu jgħin biex pajjiżna jkompli jżid il-livell ta’ edukazzjoni tal-ħaddiema tiegħu.
Il-GWU Youths bi pjaċir laqgħat l-aħbar li gvern ġdid laburista jsewwi l-inġustizzja ma’ eluf ta’ studenti tal-MCAST li se jibdew jigwadanjaw minn paga minima sħiħ tul il-perjodu li huma jagħmlu bħala apprentisti. Dan jgħin biex jagħti aktar dinjità lill-istudenti u ma jħossuhomx li huma anqas minn ħaddieħor.

Aqra aktar

Wegħda elettorali oħra mwettqa; ċentru ġdid għaż-żgħażagħ li jiskontaw sentenza ħabs

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura ċentru ġdid, magħruf bħala CoRRs għas-servizzi korrettivi għal residenti tfajliet u ġuvintur taħt il-21 sena li qed jiskontaw sentenza ta’ ħabs.

Minkejja li l-fondi Norveġiżi għal dan il-proġett, li jammontaw għal €1.4 miljun, ngħataw fl-2009, kien Gvern Laburista li ħa d-deċizjoni li dan il-proġett jinbeda u fi żmien sena intemm b’suċċess.

Aqra aktar

SKEMA SUĊĊESS: 531 żagħżugħ vjaġġaw b’tal-linja b’xejn

  • 531 żagħżugħ/a vjaġġaw b’tal-linja b’xejn f’Jannar u Frar

Fl-ewwel xahrejn minn meta daħlet fis-seħħ l-iskema li kull min jagħlaq 18-il sena fl-2017 se jivjaġġa b’tal linja b’xejn għal sena, 531 passiġġier ibbenefikaw minn din l-iskema. Dan ifisser li l-iskema qed tħajjar aktar żgħażagħ jivjaġġaw b’tal-linja.

Aqra aktar

Send this to a friend