zghazagh | One News - Part 2

Notifiki

IĦARES LEJN IL-ĦAJJA B’MOD DIFFERENTI

Jinsab lura d-dar Nick Johnson, wieħed miż-żewġ żgħażagħ li wara sigħat mitlufa kienu salvati t-Tnejn filgħodu. 

Iltqajna miegħu ftit wara li ħareġ mill-isptar u hekk kif qed jieħu saħtu lura Nick tkellem dwar il-bidliet li dak li għadda minnu jista’ jġib f’ħajtu. 

Fost oħrajn, l-apprezzament għal dak li  kien jgħaddi minn quddiemu ta’ kuljum mingħajr ma jinnota. 

Aqra aktar

FILMAT: L-istudenti b’deċiżjoni importanti għall-futur tagħhom

Wara l-eċitament u t-tensjoni matul l-eżamijiet tal-o-levels u waqt l-istennija għar-riżultati issa l-istudenti għandhom quddiemhom deċiżjoni importanti – dik li se tiddetermina fejn se jkomplu l-istudji tagħhom. Deċiżjoni li llum ġew aktar infurmati dwarha fl-Università ta’ Malta hekk kif saru sessjonijiet ta’ tagħrif għal studenti prospettivi tal-Junior College.

Aqra aktar

Programm internazzjonali imniedi f’Malta, biex żgħażagħ jitħarrġu għax-xogħol

Il-programm Prince’s Trust International ‘Get Into’, immirat biex jiżviluppa l-ħiliet taż-żgħażagħ u jappoġġjahom fix-xogħol, issa tnieda f’pajjiżna.

‘Get Into’ hu kors ta’ bejn ġimagħtejn u sitt ġimgħat maħsub biex jgħin liż-żgħażagħ qiegħda ta’ etajiet bejn is-sittax u t-tletin sena sabiex jiżviluppaw ħiliet speċifiċi fis-settur u jżidu ċ-ċans tagħhom li jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Iż-żgħażagħ jingħataw taħriġ f’ħiliet vokazzjonali u esperjenza ta’ xogħol fid-dinja reali biex iżidu ċ-ċans ta’ impjegabilità. ‘Get Into’ hu uniku għax jinvolvi lil min iħaddem kemm fl-iżvilupp tal-programm kif ukoll waqt it-taħriġ biex jiżgura li ż-żgħażagħ jissodisfaw fuq il-postijiet tax-xogħol vakanti li jitħarrġu għalihom.

Fl-aħħar għaxar snin, dan il-programm appoġġja lil aktar minn 35,000 żagħżugħ u żagħżugħa fir-Renju Unit. Abbażi dan is-suċċess, il-programm issa qed jappoġġja liż-żgħażagħ internazzjonalment u bħalissa qed jitħaddem f’pajjiżi bħal: l-Awstralja, il-Barbados, il-Kanada, l-Indja u l-Ġordan.

Aqra aktar

Żgħażagħ interessati fis-suċċess ta’ Malta

Żgħażagħ Ewropej li huma parti minn partiti soċjo demokratiċi qed jipparteċipaw f’laqgħa imtella’ mill-Young European Socialists. Pajjiżna kien sfond ideali ghal din il-laqgħa għax qed iservi ta’ mudell għall-partiti soċjo demokratiċi.

Tista’ ssegwi aktar hawn.

Aqra aktar

Send this to a friend