zghazagh – One News

Notifiki

Żgħażagħ jirriċerkaw lilhom infushom

Grupp ta’ żgħażagħ ħadmu fuq riċerka bil-għan li jiġu identfikati l-perspettivi taż-żgħażagħ Maltin dwar l-edukazzjoni, x-xogħol u l-istil ta’ ħajja. Din ir-riċerka ġiet ippreżentata lis-Segretarju Parlamentari għaż-żgħażagħ, Clifton Grima, fil-Jum Internazzjonali taż-Żgħażagħ, data li tfakkar fl-importanza taż-żgħażagħ fis-soċjeà. Din is-sena t-tema globali hija dwar Transforming Education. Aqra aktar

Iż-żgħażagħ ta’ Delia jwieġbu b’rapport u fiduċja fil-Kap

Grupp imdaqqas ta’ żgħażagħ fil-Partit Nazzjonalista miġbura f’dak magħruf bħala Team Start ħarġu rapport li huwa differenti minn dak tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista. Biex hekk iż-żgħażagħ huma maqsumin f’żewġ fazzjonijiet fid-deher ukoll.  Ir-rapport ta’ Start, li kien ippubblikat f’siti online, jgħid kif matul l-aħħar għoxrin xahar l-involviment taż-żgħażagħ fil-Partit Nazzjonalista kien prijorità.Aqra aktar

Il-mard mentali fost tfal u żgħażagħ qed jiżdied

Il-mard mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ Maltin u immigranti qiegħed dejjem jiżdied.  Hekk saħaq ma’ ONE NEWS il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali John Cachia waqt konferenza li trattat l-abbuż tat-tfal u ż-żgħażagħ:

“Nosserva dak li qed jiġri fuq mard mentali fost it-tfal u żgħażagħ. Dan qed ikun komuni fost il-Maltin u l-immigranti li jkunu għaddew minn xi trawma”.Aqra aktar

Lil hinn mill-vot u l-marijuana!

X’imkien darba qrajt li jekk ma tagħmilx skoss ħmerijiet meta tkun għadek żagħżugħ, ma jkollok xejn divertenti x’tirrakonta meta tikber fl-età u tixjieħ!

Għax iż-żgħożija ħafna drabi hija assoċjata ma’ dik l-età meta nieqes mill-irbit, obbligi u responsabbiltajiet, wieħed kważi kważi għandu l-permess li jitbellaħ xi ftit u jagħmel xi ħmerija ’l hawn u ‘l hemm.

Iżda lil hinn minn dan il-ħsieb pwerili dwar iż-żgħożija, nistaqsi:  Fis-soċjetà tagħna tal-lum iż-żgħożija hi marbuta esklussivament ma’ żmien il- ‘ma jimpurtanix’ u x-xalar u d-divertiment, u llum hawn u għada minn rah?  Tagħmel sens li l-Parlament approva b’mod unanimu l-Vot 16?  Huwa f’postu li niddikjaraw li z-żgħażagħ aktar moħħhom fil-marijuana milli fis-sens ċiviku tagħhom?Aqra aktar

Iż-żgħażagħ jgħidu tagħhom fil-Parlament

L-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia mexxa l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Parlament Nazzjonali taż-Żgħażagħ, attività ta’ kull sena li tiġi organizzata flimkien mal-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Din l-attività tagħti opportunità liż-żgħażagħ ta’ bejn it-13 u l-35 sena biex jiddibattu suġġetti magħżulin minnhom stess.

L-Ispeaker tkellem dwar l-importanza li kull persuna tgħix b’dinjità. Ħajja dinjituża tfisser li d-drittijiet u l-libertajiet essenzjali u fundamentali tal-persuna mhux biss ikunu sanċiti mil-liġi iżda jkunu wkoll, b’mod tanġibbli, imħarsa u garantiti mill-Istat. Fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet u l-Libertajiet tal-Bniedem ta’ Diċembru 1948, l-istati membri tan-Nazzjonijiet Uniti impenjaw ruħhom biex jippromwovu r-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet tal-bniedem li huma s-sisien ta’ kull stat demokratiku u ta’ kull demokrazija rappreżentattiva.Aqra aktar

Send this to a friend