zejt | One News

Notifiki

Ħruġ ta’ żejt fl-Imsida

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili jinsab għaddej b’hidma sabiex ineħħi ammont sostanzjali ta’ żejt li waqa’ minn vettura fl-Imsida.

Huma ssejħu fuq il-post għall-ħabta tas-06:00.

Kawża ta dan inġema ammont sostanzjali ta’ traffiku li jibda minn Triq Aldo Moro fil-Marsa, direzzjoni lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Malta, li jwassal sal-post tal-inċident.

Eżercizzju Nazzjonali biex jippreveni t-tniġġiż fil-baħar, Maltex 2018

Għada, Transport Malta ser tmexxi eżercizzju nazzjonali għal prevenzjoni tat-tniġġiż, ‘il barra mix-xtut Maltin. Ix-xenarju se jara ħafna żejt jinxtered fil-baħar wara kolliżżjoni bejn żewġ bastimenti. L-operazzjoni ta’ prevenzjoni ser tinvolvi l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurta Marittima (EMSA), bosta entitajiet lokali u internazzjonali. L-EMSA provdiet tagħmir ġdid mill-arranġament għas-servizz t’assistenza li għandha f’Ravenna fl-Italja. L-EMSA għadha qatt m’użat dan is-set f’inċidenti fejn xtered iż-żejt. Għaldaqstant l-eżerċizzju se jipprovdi opportunitá tajba għall-operaturi biex jidraw dan it-tagħmir u jittestjaw l-użu tiegħu fil-baħar.

Aqra aktar

Ħu ħsieb jekk se tgħaddi mill-Mellieħa!

 

F’messaġġ fuq Facebook, il-Pulizija qed twissi lis-sewwieqa, b’mod partikolari dawk li jsuqu l-muturi, biex jieħdu ħsieb jekk se jaqbdu r-rotta lejn il-Mellieħa, speċjalment jekk se jgħaddu minn Triq Ġorġ Borg Olivier.

Aqra aktar

Iżommulu l-bastiment u t-trakk

Ġie miċħud appell ta’ raġel li fl-ewwel sentenza tal-Qorti ttieħdulu bastiment u trakk. Paul Bezzina nqabad idaħħal żejt f’Malta bil-kuntrabandu.

Membri tat-Taqsima tal-Infurzar għamlu sejba ta’ gaseoil li kien fit-trakk tal-akkużat ġo tank mistur taħt ir-ramel.

Aqra aktar

Jitħarrġu għal kriżi b’xi ħaġa tajba

Fil-bajja tar-Rinella qed isir taħriġ minn Transport Malta bi preparazzjoni għal każijiet fejn ikun hemm tixrid ta’ żejt fil-baħar. Liema taħriġ sar permezz ta’ xi ħaġa li normalment nikluha waqt li nkunu qed naraw film, hekk għalih intuża l-pop corn.

Aqra aktar

Send this to a friend