żebbuġ | One News

Notifiki

Raġel jitressaq il-qorti t’Għawdex mixli b’diversi akkużi

Somalu ta’ 28 sena illum ġie akkużat quddiem il-Maġistrat Dr. P. Coppini f’Għawdex, illi nhar it-3 ta’ Diċembru 2018, fiż-Żebbuġ Għawdex u iżjed tard fl-għassa  tal-Pulizija  tar-Rabat,  Għawdex,  attakka  jew  għamel  reżistenza  bi  vjolenza  u  inġurja  jew hedded erba’ uffiċjali tal-Pulizija, kif ukoll ma obdiex l-ordnijiet tagħhom. Ġie akkużat ukoll li rrifjuta li jagħti dettalji tiegħu jew ta dettalji foloz.

Aqra aktar

Jitlesta l-proġett ta’ €0.5 miljun fl-arterja prinċipali u r-‘roundabouts’ ta’ Ħaż-Żebbuġ

Intemm it-titjib taż-żewġ roundabouts prinċipali f’Ħaż-Żebbuġ kif ukoll tat-triq arterjali ta’ bejniethom, Triq l-Imdina.

Dan l-investiment ta’ €0.5 miljun jikkonsisti fid-disinn u l-bini mill-ġdid taż-żewġ roundabouts prinċipali ta’ din il-lokalità, jiġifieri dik ta’ ħdejn il-Bieb De Rohan u dik ta’ fejn l-iskola St Dorothy’s, kif ukoll twessigħ u disinn aħjar tat-triq ta’ bejniethom.

Il-proġett tlesta fi ftit inqas minn xahrejn u rriżulta mhux biss f’aktar effiċjenza u sigurtà, iżda anke f’aktar faċilitajiet għal mezzi alternattivi tat-trasport. Fi promozzjoni ta’ rispett fit-triq u intermodalità, dan il-proġett daħħal ukoll diversi kunċetti ġodda f’Malta, kunċetti li huma favur iċ-ċikliżmu.Aqra aktar

Inawgurata sala ġdida fl-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ

Ġiet inawgurata sala ġdida fl-iskola Primarja ta’ Ħaż-Żebbuġ. ‘Sala Dun Karm’ hija frott ta’ ħidma li saret matul is-Sajf dan hekk kif inħasset il-ħtieġa li din l-iskola, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Injazju, jkollha sala ġdida.  Bl-istudenti apprezzaw ferm il-ħidma li saret biex issa se jkollhom sala ġdida fl-iskola, u fl-okkażjoni ta’ din l-inawgurazzjoni qraw poeżiji tal-poeta nazzjonali.

Aqra aktar

Inċident bejn mutur u karozza f’Ħaż-Żebbuġ

Ftit tal-ħin ilu għadu kif seħħ inċident f’ Ħaż-Żebbuġ, ħdejn l-iskola  St Dorothy’s.

L-inċident seħħ bejn mutur u karozza.

Fuq il-post issejħet ambulanza iżda jidher li ħadd ma weġġa’.

Aktar dettalji jsegwu.

 

AĠĠORNAT: Erba’ persuni bi ġrieħi ħfief wara inċident bejn 6 vetturi f’Ħaż-Żebbuġ

Erba’ persuni ttieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura wara ħabta bejn sitt vetturi fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Il-ħabta seħħet bejn trakk li kien qed iġorr gaffa, misjuq minn raġel ta’ 45 sena residenti San Pawl il-Baħar u ħames vetturi oħra għall-ħabta ta’ 12:30. Il-vetturi nvoluti kienu Isuzu Elf, Ford Transit, Land Rover, BMW u Mercedes.

Aqra aktar

Qlub twajba joffru l-appoġġ tagħhom wara att vandalu f’masġar taż-żebbuġ

Wara l-att vandalu ppjanat li twettaq dan l-aħħar fir-Riserva Naturali Foresta 2000 meta 36 siġra taż-Żebbuġ ġew issegati, numru ta’ individwi u organizzazzjonijiet offrew l-appoġġ tagħhom f’risposta għal dak li ġara.

Il-Fondazzjoni Alfred Mizzi marret pass oltre u impenjat ruħha li tgħin liż-żewġ NGOs b’għajnuna finanzjarja ħalli jkunu jistgħu jsiru x-xogħlijiet meħtieġa f’dan il-bosk li huwa uniku. Julian Sammut, trustee ta’ The Alfred Mizzi Foundation, qal li hija ħasra li l-frott ta’ daqstant ħidma siewja – ħafna minnha fuq bażi volontarja – litteralment itir mar-riħ b’azzjoni bħal din.

Aqra aktar

“Ħdax-il jum ieħor il-pajjiż irid jagħmel għażla ċara, jew Joseph Muscat jew koalizzjoni ta’ konfużjoni”

“Ħdax-il jum ieħor il-pajjiż irid jagħmel għażla ċara, jew lil Joseph Muscat jew il-koalizzjoni ta’ konfużjoni.”

Koalizzjoni li spjega l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat f’mass rally f’Ħaż-Zebbuġ li ma taqbel xejn, l-aktar koppja instabbli f’pajjiżna. U dan qal il-Prim Ministru mhux qed jgħidu hu iżda qed jgħiduh huma stess fi kliemhom.

Aqra aktar

Send this to a friend