zaren vassallo | One News

Notifiki

ARA: Kuntratti ta’ miljuni kbar ingħataw lil tal-qalba

Dokumenti li għandha f’idejha l-gazzetta Kullħadd juru kif fil-qasam tal-anzjani, kien hemm żmien fejn il-kuntratti ta’ miljuni kbar ta’ ewro kienu jingħataw sempliċiment b’direct order deċiża mill-politiċi.

Wieħed mill-każi imur lura għal-2002 fejn il-kumpanija Healthcare ta’ Żaren Vassallo ngħatat it-tmexxija tad-Dar tal-Anzjani taż-Żejtun. F’dan iż-żmien, il-kumpanija ta’ Żaren Vassallo kellha f’idejha l-bini tad-Dar Ċentrali.

It-tmexxija ta’ din id-Dar tal-Anzjani ngħatat b’direct order, dan ifisser li ma kien hemm l-ebda kompetizzjoni fl-għażla għal kuntratt. Permezz ta’ din id-direct order, Vassallo għadu jmexxi s’issa din id-dar tal-anzjani.

Kien l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi, li dak iż-żmien fl-elfejn u tnejn kien Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista li ried jgħatti kuntratt lil kumpanija ta’ Vassallo.

Gonzi kiteb lill-Kabinet li hu s-Segretarju Parlamentari li kien responsabbli taħtu kien diġa’ ddiskuta mal-kumpanija ta’ Żaren Vassallo biex jara kinetx interessata tieħu t-tmexxija ta’ Vassallo biex timplimenta t-tmexxija kif għamlet f’dik ta’ Bormla. Gonzi kien ħerqan sabiex din id-direct order tkun f’idejn Vassallo.

Fl-2013, fl-aħħar jiem ta’ Gvern Nazzjonalista, ġie assigurat li l-kumpanija ta’ Vassallo tibqa’ tmexxi din id-dar sal-2028.

Il-gazzetta Kullħadd fissret kif bil-kuntrarju, illum l-affarijiet mixjin b’mod differenti hekk kif kuntratti bħal dawn jaqgħu taħt it-tmexxija tad-Dipartiment tal-Kuntratti, fejn joħorġu sejħa għall-offerti, li jfisser li hemm il-kompetizzjoni.

Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis indirizza l-kritika li saret riċentament dwar il-kuntratt f’San Vinċenz De Paul li se jgħin biex ikunu indirizzati b’mod dirett il-waiting lists għad-djar tal-anzjani. Decelis spejġa kif kif f’dan il-każ l-affarijiet saru b’mod miftuħ ferm aktar milli kien issir taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Qal ukoll li kollox sar skont ir-regoli.

Jason Azzopardi jerġa’ jipprova jfarfar fuq Tonio Fenech

Minflok għażel li jieħu t-triq onorabbli u jerfa’ r-responsabilità kif talbu jagħmel l-Awditur Ġenerali, ix-shadow minister Jason Azzopardi pprova jdawwar il-kanuni fuq każ li bl-ebda mod ma jista’ jitqabbel ma’ tal-Lowenbrau, li fuqu d-Deputat Nazzjonalista ġie kkundannat personalment.

Fl-istess waqt Azzopardi reġa ta x’jifhem li kien l-eks Ministru Tonio Fenech li kien involut biex jintlaħaq kompromess biex minnu jibbenefika il-benefattur tal-Partit Nazzjonalista Żaren Vassallo.

Aqra aktar

ID-DAR ĊENTRALI KOMUNI GĦAL TORPIANO U VASSALLO

Il-Perit li mexxa l-bord li fl-2012 għamel l-istima tal-art tal-Löwenbräu wara li Żaren Vassallo kien imwiegħed kompromess, huwa l-Perit li ddisinja u fassal id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista. Kuntrattur ewlieni fil-bini tal-istess Dar Ċentrali kien Żaren Vassallo, li minbarra li ta donazzjonijiet kbar lill-Partit Nazzjonalista, il-partit għadu midjun miegħu sal-lum.

Dan il-Perit huwa l-Professur Alex Torpiano li fl-aħħar jiem ikummenta mal-gazzetti biex jiddefendi l-istimi li għamel hu u l-kumitat tiegħu fl-2011. Biex wara li għamel dan il-Partit Nazzjonalista dlonk ħareġ jipprova jirkeb fuq din id-dikjarazzjoni.

Iżda, il-fatti u d-dokumentazzjoni li għandna f’idejna turi kemm hawn ukoll qed iqumu mistoqsijiet dwar il-ġudizzju ta’ Azzopardi, li kien jaf li fost l-affarijiet li għandhom komuni Vassallo u Torpiano hemm li t-tnejn li huma ħadmu fuq l-istamperija. Minkejja dan, Jason Azzopardi, kien komdu bl-għażla tiegħu fil-bord ta’ evalwazzjoni.

Aqra aktar

L-Awditur Ġenerali jemmen iktar il-verżjoni ta’ Żaren Vassallo

Għaddiet ġimgħa minn meta fil-programm Xarabanak kien żvelat li kien in-negozjant u benefattur tal-Partit Nazzjonalista, Żaren Vassallo, li xehed li dwar l-art tal-Lowenbrau tkellem mal-Ministru u kien imwiegħed kompromess.

Minkejja li għaddew sebat ijiem sa issa ma kien hemm ebda dikjarazzjoni pubblika dwar din ix-xhieda minn Vassallo, anke jekk qabel kienet żvelata kien ħareġ stqarrija jgħid li ma kienx iltaqa’ ma’ Jason Azzopardi.

Peró mill-mument f’Xarabank fejn kien żvelat id-diskors ta’ Vassallo, spikka l-iskiet assolut minn naħa tiegħu. Sa issa ma lissen ebda kelma dwar dak li qal hu stess fi proċess ġudizzjarju.

Aqra aktar

Ara hawn il-lista ta’ xhieda tal-Marsovin; ebda dubju dwar Azzopardi

  • Jason Azzopardi l-unika eks-Ministru indikat jixhed f’kawża bejn Zaren Vassallo u Marsovin
  •  Il-marki ta’ swaba ta’ Jason Azzopardi jinsabu kullimkien f’dan l-iskandlu

Jason Azzopardi huwa l-unika eks-Ministru tal-Partit Nazzjonalista indikat biex jixhed f’kawża bejn Zaren Vassallo u l-kumpanija Marsovin.

Kif tista’ tara hawn.

Aqra aktar

FILMAT: Jimmutaw wara x-xhieda ta’ Żaren

Ix-xhieda ta’ Żaren Vassallo żvelata fit-tmiem il-ġimgħa dwar kif b’rabta mal-art tal-Lowenbrau ltaqa’ ma’ Ministru biex jintlaħaq kompromess, tefgħet fil-muta d-deputati tal-Partit Nazzjonalista, inkluż il-Kap.

B’Jason Azzopardi jgħid li ma kienx il-Ministru u Tonio Fenech jgħid li mid-Dipartiment kien responsabbli biss Jason Azzopardi tlabna lil Simon Busuttil jgħid jekk intervjenix biex jiċċara.

Aqra aktar

“Good Evening” – Busuttil dwar Azzopardi u Fenech

Issa li ħarġet ix-xhieda ġuramentata ta’ Żaren Vassallo u l-eks Ministri Jason Azzopardi u Tonio Fenech spiċċaw iwaħħlu f’xulxin tlabna r-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni, Simon Busuttil.

Il-mistoqsija kienet waħda sempliċi. Tlabnih jgħid li bħala Kap sejjaħx għalihom biex jitlob spjegazzjoni u jfittex il-verità. Wieġeb “Good Evening.”

Aqra aktar

Il-PN għad għandu d-dejn ma’ Vassallo

Il-Partit Nazzjonalista għadu midjun ma’ Żaren Vassallo, il-bniedem li mar tajjeb mid-‘deal’ tal-Lowenbrau u li kien imwiegħed kompromess. Ikkonfermat dan il-President tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista Ann Fenech għall-mistoqsijiet ta’ ONE NEWS.

Għalkemm issa bidlet il-verżjoni oriġinali u qed tgħid li dak id-dejn ma jinkludix il-kwart ta’ miljun ewro li Żaren Vassallo ta ftit tal-jiem wara li ngħalaq id-deal tal-Lowenbrau. Wara li ftit tal-jiem ilu l-orizzont staqsewha ċar u tond li x’sar minnu dan is-self u qalet li qed ikun innegozjat, issa bdiet tagħti verżjoni li taqbel ma’ ta’ oħrajn fil-PN.

Aqra aktar

Send this to a friend