zabbar | One News

Notifiki

Mara tintlaqat minn karozza li kienet qed tiġi pparkjata

Mara ta’ 56 sena mill-Kalkara qed issofri minn ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza f’Ħaż-Żabbar. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-18:00 tal-Erbgħa filgħaxija fi Triq in-Nevew, Ħaż-Żabbar, meta l-mara ntlaqtet minn Toyota Vitz, misjuqa minn mara ta’ 28 sena minn Ħaż-Żabbar, waqt li din kienet qed tiġi pparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex tingħata l-kura meħtieġa.

Hija ġiet iċċertifikata li qiegħeda issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aġġornat: Borża taż-żibel tieħu n-nar barra dar f’Ħaż-Żabbar

Ħadd ma’ weġġa’ meta borża taż-żibel ħadet in-nar barra bieb ta’ dar privata fi Triq il-Baħrija, Ħaż-Żabbar. Jidher li fil-borża kien hemm oġġetti li jintużaw biex iqabbdu fireplace, li kkawżaw ħoss ta’ splużjoni.

Il-Pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ssejħu fuq il-post biex jitfu n-nirien. B’xorti tajba, ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident.

Il-marċ tradizzjonali tal-bidu tas-sena ta’ Ħaż-Żabbar jitħassar b’rispett lejn il-memorja ta’ Chris Portelli

L-Għaqda Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar ħabbret li b’sinjal ta’ rispett lejn Chris Portelli, ir-raġel li aktar kmieni l-Erbgħa tilef ħajtu minħabba ġrieħi serji li sofra meta’ waqa’ minn sellum waqt xogħolu fl-impjant ta’ Delimara, se tħassar il-marċ tradizzjonali tas-sena l-ġdida li kienet se ssir nhar il-Ħadd li ġej.

Fl-istess ħin, il-banda se kun qed tieħu sehem waqt il-funeral tiegħu bi qbil mal-familja tal-vittma.

Dan tħabbar mill-kunsillier ta’ Ħaż-Żabbar, Roderick Vella, fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook. Vella ddeskriva lill-vittma vħala raġel li bid-daħqa tiegħu kien iġorr l-istandard tal-għaqda bi kburija liema bħalha, li miegħu qasam ħbiberija twila u sinċiera.

Portelli kellu 45 sena u kien membru attiv ferm ta’ din l-għaqda.

Se jibda x-xogħol fuq il-proġett tad-dog park f’Ħaż-Żabbar

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żabbar ħabbar li ħareġ il-permess għal dog park, li għalih, kienet tressqet applikazzjoni quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar.

F’messaġġ fuq il-paġna uffiċjali tal-Kunsill fuq Facebook, intqal kif dan se jsir f’parti miż-żona magħrufa bħala Tal-Foss. Il-proġett se jinkludi diversi żoni fejn il-klieb ikunu jistgħu jilagħbu jew jiġu mħarrġa mas-sidien tagħhom.Aqra aktar

Impenji tal-President ta’ Malta f’Ħal Qormi u Ħaż-Żabbar

Il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca l-bieraħ uffiċjalment inawgurat ċentru ta’ matul il-jum ikkordinat mill-għaqda Nanniet Malta fiż-żona parrokjali ta’ Sant’ Andrija ġewwa Ħaż-Żabbar. Il-President irringrazzjat lil din l-għaqda tal-proattività tagħha fl-aħjar interess tal-anzjani tagħna.

Fl-istess jum il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca ppresediet l-inawgurazzjoni ta’ Pjazza San Sebastjan ġewwa Ħal Qormi, wara proġett ta’ riġenerazzjoni.

Jingħalqu l-umbrelel Żabbarin

Minħabba li r-rapport tat-temp juri li għada ġej ir-riħ, ingħalqu l-1,500 umbrellali saru b’rabta mal-avveniment Croassroads ta’ nhar is-sibt li ġej.

Din l-idea kreattiva saret bil-kollaborazzjoni tal-Grupp Armar,  is-Soċjeta Filarmonica Maria Mater Gratae u l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikel.

Appena t-temp ikun tajjeb, l-umbrelel ser jerġgħu jinfetħu.

 

“Għeżież membri tal-Korp tal-Pulizija … Naprezzaw ħafna x-xogħol tagħkom”

Hekk kif is-sena skolastika waslet lejn tmiema, l-istudenti tal-iskola Primarja B ta’ Ħaż Żabbar, ħasbu li jirringrazzjaw lill-Pulizija li ta’ kuljum jieħu ħsieb iż-żamma tal-ordni tat-traffiku fit-toroq ta’ madwar l-iskola.

It-tfal kitbu messaġġ ta’ ringrazjament prominenti bil-kliem “Għeżież membri tal-Korp tal-Pulizija, naprezzaw ħafna x-xogħol tagħkom” kif ukoll iffirmaw din il-kartolina wieħed wieħed u waħda waħda.

Ta’ kuljum għadd kbir ta’ Pulizija minn diversi għases differenti, fil-ħinijiet li t-tfal jidħlu u joħorġu mill-iskejjel jagħmlu xogħol importanti ħafna li permezz tiegħu jiġi mmaniġjat it-traffiku fit-toroq kollha tal-madwar.

Send this to a friend