xoghol. ħaddiema | One News

Notifiki

Żieda qawwija fil-paga minima

Wara ħamsa u għoxrin sena l-paga minima għoliet b’medjazzjoni impekkabbli min-naħa tal-Gvern bejn min iħaddem u l-unjins.

Mark Grech mid-Dipartiment Industrijali u r-relazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol spjega kif dawk fuq il-paga minima bdew jieħdu ż-żidiet magħdudin maż-żieda tal-għoli tal-ħajja, wara l-ftehim iffirmat f’April tas-sena l-oħra.

Aqra aktar

Xhieda ta’ abbiltà fid-diżabilità

Li persuni b’diżabilita’ jsibu impjieg u jsiru dejjem aktar indipendenti, minn dejjem kien impenn ewlieni għal dan il-Gvern.

Iżda mhux biss, il-Gvern flimkien ma’ Jobsplus jara li persuni b’diżabilita’ jidħlu fid-dinja tax-xogħol b’dinjita’ filwaqt li jintegraw ma’ persuni oħra.

Hekk hija l-esperjenza ta’ Kilian Tanti, żagħżugħ ta’ tlieta u għoxrin sena, li fl-aħħar xhur  sab impjieg ma’ Argus Insurance.

Aqra aktar

L-Iklin, il-Marsa u Ħaż-Żabbar; imħabbra tliet proġetti

L-Iklin, il-Marsa u Ħaż-Żabbar iffirmaw ftehim mal-Awtorità tal-Ippjanar biex tliet proġetti jingħataw il-fondi. Huma proġetti marbuta mat-tisbih ta’ dawn il-lokalitajiet, u b’kollox se jkunu allokati aktar minn €82,000.

Fl-Iklin se jsir xogħol fi Triq il-Wied u l-madwar. Se jkun xogħol li jiswa €43,000 u li jinkludi l-infrastruttura tat-triq u s-sistema tal-ilma, u sinjali ġodda tat-traffiku.

F’Ħaż-Żabbar, €33,000 se jintużaw biex jitranġaw il-latrini li hemm fi Ġnien il-Kunsill.

Fil-Marsa se jsir xogħol ta’ €7,000 fit-taraġ pubbliku li jwassal minn Triq Diċembru Tlettax sa Triq San Tumas.

Ix-xogħol mistenni jitlesta fi żmien tliet xhur.

Tkabbir ekonomiku erba’ darbiet iktar minn żmien il-PN  

Ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku li rreġistra pajjiżna fl-ewwel kwart ta’ din is-sena hija l-aqwa waħda fl-Ewropa. Dan għax filwaqt li l-ġid nazzjonali ta’ Malta kiber b’5.2% fil-bqija taż-Żona Ewro it-tkabbir ekonomiku laħaq il-1.7% biss.

Fuq kollox din ir-rata ta’ tkabbir ekonomiku hija erba’ darbiet u nofs iktar mir-rata ta’ tkabbir ekonomiku fi żmien amministrazzjoni preċedenti.Aqra aktar

Send this to a friend