xewkija | One News

Notifiki

Il-PM jinawgura l-Kunsill Lokali ġdid tax-Xewkija

Il-Prim Ministru Joseph Muscat inawgura uffiċini ġodda għal-Kunsilli Lokali tax-Xewkija.

Waqt li ndirizza ċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni Dr. Muscat qal li lil hinn mill-binja aċċessibbli għal kuħadd huwa saħaq li din hija prova oħra ta’ kemm il-ħidma fil-lokalità għandha tkun magħmula b’imħabba lejn il-lokalità.

Aqra aktar

Il-Ministeru għal Għawdex irid jgħaddi messaġġ ċar favur l-inklużjoni tal-persuni b’diżabilità

Hekk kif bdiet il-ġimgħa ddedikata għall-persuni b’diżabilità, il-Ministeru għal Għawdex irid jgħaddi messaġġ b’saħħtu b’risq l-inkużjoni. Din is-sena, għat-tieni sena konsekuttivait-tiżjin tal-ministeru u parti mit-tiżjin tal-Villa Rundle sar mill-klijenti taċ-Ċentru ta’ Santa Marta.

Il-kartolini uffiċjali tal-Milied li ser jitqassmu mill-ministeru wkoll saru mill-istudenti tal-Ispecial Unit ta’ Sannat fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex.
Aqra aktar

Il-Maltemp jikkawża ħabta bejn tliet karozzi f’Għawdex.

Għall-ħabta tas-2:30 ta’ wara nofsinhar, f’xita qalila, fi Triq l-Imġarr fix-Xewkija Għawdex seħħet ħabta bejn tliet karozzi.

Minn informazzjoni li għandu ONE NEWS persuna involuta f’dan l-inċident ittieħdet l-isptar Ġenerali ta’ Għawdex minħabba ġrieħi ħfief.

Aktar dettalji malli jaslulna.

Aġġornat: Żewġ persuni gravi wara li nqalbu b’karozza fin-Nadur

Għall-ħabta tas-06:45 ta’ dalgħodu, żewġ persuni spiċċaw l-isptar wara li nqalbu bil-karozza fi Triq Xħajma fin-Nadur, limiti tax-Xewkija.

Il-Pulizija  marru  fuq  il-post,  fejn  minn  investigazzjonijiet  li  saru,  irriżulta  li  kien  seħħ  impatt  bejn vettura tat-tip Kia Ceres, misjuqa minn raġel ta’ 68 sena, residenti ż-Żebbuġ, Għawdex u vettura tat- tip Isuzu NKR, misjuqa minn raġel ta’ 43 sena, residenti San Ġiljan. Kawża tal-impatt il-vettura tat-tip Isuzu spiċċat ġo għalqa.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, fejn iżjed tard ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

Investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

Ta’ Maġġi jxejnu l-allegazzjonijiet

Permezz ta’ stqarrija il-grupp Ta’ Maġġi xejnu għal kollox l-artiklu mimli allegazzjonijiet ta’ Ivan Camilleri fil-ħarġa ta’ The Times tal-lum u f’dik tas-Sunday Times tal-Ħadd li għadda.

It-Times sostniet li art f’żona magħrufa aħjar Tal-Barmil fix-Xewkija li qed tinbidel f’park industrijali ingħatat lil Ta’ Maġġi mingħajr għoti ta’ tender.

Madankollu Ta’ Maggi sostnew li kien il-Ministru ta’ dak iż-żmien, Tonio Fenech li talabhom biex jiżviluppaw park industrijali fix-Xewkija.

Filfatt il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien anki inkluda l-proġett tax-Xewkija, li semma Ivan Camilleri, f’diskors tal-baġit.

Wara bidla fil-Gvern, Ta’ Maġġi reġgħu bdew bid-diskussjonijiet dwar il-park industrijali tax-Xewkija. Ta’ Maġġi spjegaw li sa issa l-art tax-Xewkija ġiet trasferita mill-Malta Industrial Parks f’isem il-Gvern għal Ta’ Maġġi b’ċens temporanju.

Ta’ Maġġi saħqu li ma kien hemm l-ebda trasferiment ta’ interessi oħra bejn il-Gvern u l-kumpanija. Il-kumpanija spjegat li hi ma tibniex parks industrijali iżda tqabbad kuntratturi biex jiżviluppaw dan.

Konsultazzjoni dwar il-proġett tax-Xewkija

Għadu kif ġie mniedi l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Pjazza tax-Xewkija mill-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana fejn ġew ippreżentati d-disinni preliminari tal-proġett għall-kummenti u s-suġġerimenti tal-pubbliku.

“Dawn ix-xogħlijiet ilhom mistennija li jsiru u issa wasal iż-żmien li dan il-proġett jitwettaq, mhux biss biex ix-Xewkija u Għawdex ikollhom pjazza li tixraq, imma wkoll għaliex f’din il-pjazza hemm sfidi diversi u perikli oħra relatati mal-influss enormi ta’ traffiku li jirrikjedi mmaniġġjar tajjeb,” qalet il-Ministru Caruana.

Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti l-membri tal-Kunsill Lokali, l-istakeholders u l-kumitati tar-raħal, fejn flimkien mar-residenti, ġew diskussi l-proposta, il-kunċett, id-disinn u l-isfidi li jinvolvi dan il-misraħ. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni huwa mistenni li jiġi konkluż fl-aħħar ta’ Frar biex malli jitlesta, il-Ministeru għal Għawdex ikun jista’ jissottometti l-applikazzjonijiet tal-awtoritajiet ikkonċernati. Il-Ministru Justyne Caruana fakkret li matul dan ix-xahar se jibda wkoll il-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Pjazza ta’ San Franġisk, li tinsab fir-Rabat, Għawdex.

Il-Ministru Justyne Caruana qalet li l-Ministeru għal Għawdex matul din is-sena, se jkun qed jaħdem fuq diversi proġetti fix-Xewkija, fosthom fi Triq il-Knisja u Triq il-Ħamrija. Dawn iż-żewg toroq huma fost il-lista twila ta’ xogħlijiet infrastrutturali li se jsiru madwar Għawdex bħala parti minn ‘Proġett Għawdex’.

Il-Prim Ministru jżur kumpanija fix-Xewkija

Il-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat ftit tal-ħin ilu żar kumpanija li tinsab fix-Xewkija Għawdex. Fejn lura fis-sena 2015 il-kumpanija RS2 Software ddeċidiet li tiftaħ estenzjoni fix-Xewkija Għawdex.

Muscat żar u tkellem mal-ħaddiema tal-kumpanija.

Kumpanija li tħaddem ħaddiema Għawdxin fejn kull Għawdxi li għandu l-ħiliet neċessarji għall-irwol li jkunu qed ifittxu, jimpjegawh.

 

Send this to a friend