xena | One News

Notifiki

AĠĠORNAT: L-aħħar żviluppi mix-xena tar-reat

L-aħħar żviluppi mix-xena tar-reat juru li għadha kif tneħħiet il-vettura li kienet qed tintuża minn Daphne Caruana Galizia. Dan hekk kif issa ttieħdet biex isiru aktar eżaminazzjonijiet iddettaljati. 
Ix-xena tar-reat għadha waħda ppreservata, bl-investigaturi jwesggħu ż-żona ta’ fejn qed issir l-investigazzjoni fuq iż-żona tal-Maswar.

Aqra aktar

Żewġ protagonisti jisirqu x-xena waqt intervista LIVE mal-BBC

Il-professur Robert E Kelly irnexxilu jibqa’ kalm waqt intervista mal-BBC, meta ż-żewġ uliedu ddeċidew jisirqu x-xena. Dan għamluh b’mod dirett meta kien qed jixxandar mad-dinja kollha.

Kien qed jiddiskuti l-Korea ta’ Isfel meta l-ewwel daħlet bintu, u wara tarbija. Huwa jidħak u jiskuża ruħu, filwaqt li wara ftit tidħol mara fi stat ta’ paniku tgħin lit-tfal joħorġu ‘l barra.

Aqra aktar

Meta l-qamar kien “super”

Li rajna l-lejl li għadda kien l-iktar qamar kwinta qrib id-dinja tagħna mill-1948. Dawn ir-ritratti ta’ Jason Borg mid-Dipartiment tal-Informazzjoni juru l-ġmiel li bih il-qamar dawwal il-baħar, daqs li kieku hemm xi forma ta’ dawl artifiċjali.

Dan il-fenomenu jissejjaħ Super Moon u jiġri l-qamar ikun kwinta u jaħbat fl-istess żmien meta jkun qrib id-dinja. Ħaġa li ma tiġrix spiss, tant li wara dan il-lejl, issa jmissna naraw l-istess fenomenu nhar il-25 ta’ Novembru 2034.

Id-dawra tal-qamar madwar id-dinja ma sseħħx x’ċirku perfett, iżda dejjem ikun hemm naħa eqreb lejn id-dinja tagħna minn oħra. Riżultat ta’ dan, id-distanza bejn il-qamar u d-dinja tinbidel tul ix-xahar u tul is-sena. Bħala medja, il-qamar ikun 382,900 kilometru ‘l bogħod mid-dinja. Is-Super Moon kapaċi jidher sa 14% ikbar u 30% aktar imdawwal minn kif naraw il-qamar meta jkun ‘l bogħod mid-dinja.

Xena perfetta li forsi tfakkar f’xi film jew inkella xi proponiment romantiku.

Aqra aktar

Send this to a friend