xemx | One News - Part 3

L-MDA tilqa’ l-estensjoni tal-iskema tal-pannelli fotovoltajiċi

Il-Malta Developers Association (MDA) esprimiet sodisfazzjon għall-fatt li ġiet imġedda b’€2 miljun oħra l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja lill-familji li jridu jinvestu f’pannelli fotovoltajici.

Filwaqt li irrikonoxxiet is-suċċess tal-iskemi tal-gvern immirati għal dawn il-familji Maltin, l-MDA stqarret li hija impenjata li tkompli taħdem mal-Gvern, l-awtoritajiet u mas-settur tal-enerġija alternattiva, sabiex is-settur ikompli jikber b’mod konsistenti.

Aqra aktar

‘Xemx’ f’Ħal Qormi

Wieħed mill-aqwa vuċijiet f’pajjiżna, Ivan Grech mill-grupp Winter Moods, se jkun qed jingħaqad mal-ħoss tradizzjonali tal-banda f’kunċert vokali u strumentali li se jsir nhar is-Sibt 25 ta’ Ġunju 2016, mtella mill-Għaqda Mużikali San Ġorġ Martri.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li fiha ingħataw aktar dettalji dwar il-programm, il-President tal-Għaqda Charles Micallef semma kif dan il-kuncert se jkun qed jgħaqqad l-element bandistiku ma’ dak ta’ muzika moderna. Hu rringrazzja lis-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes li bl-appoġġ tiegħu, il-kantant Ivan Grech se jkun qed ikanta tlett siltiet mużikali tal-Winter Moods kif ukoll is-silta ‘Xemx’ ta’ The Tramps.

Aqra aktar

Ġmiel ta’ kuluri f’inżul ix-xemx

Illejla kienu bosta dawk li baqgħu affaxxinati bil-ġmiel li offriet il-ħmura f’sema Maltija.

Tant li kienu bosta dawk li ħadu l-okkażjoni u bil-mobile tagħhom ħadu xi ritratt biex itellugħ fuq il-midja soċjali.

Dawn huma wħud mir-ritratti li ġibdulna l-attenzjoni. Jitkellmu waħedhom u m’hemmx bżonn iktar kummenti.

Aqra aktar

Send this to a friend