xemx | One News - Part 2

Notifiki

Jibda s-Sajf – Illum l-itwal ġurnata tas-sena

21 ta’ Ġunju – Illum hija l-ewwel ġurnata tal-istaġun tas-Sajf dan ifisser li dan il-jum huwa l-itwal wieħed tas-sena. Minkejja li s-sħana bdiet ġmielha u li n-nies diġà bdew imorru l-baħar, illum hija l-ġurnata uffiċjali li fiha jibda dan l-istaġun maħbub mill-bosta u mhux daqshekk minn oħrajn.

Is-Sajf f’pajjiżna huwa assoċjat, fost oħrajn, mal-vaganzi dan hekk kif it-tfal f’dan l-istaġun ikollhom tliet xhur ta’ mistrieħ u għalhekk ikollhom iċ-ċans li jgawdu l-baħar flimkien mal-familjari u ħbieb tagħhom.

Aqra aktar

Mejju mgħarraq fid-dawl tax-xemx iżda ftit li xejn xita

  • Temperaturi medji tal-arja u tal-baħar 1°C ogħla min-norma klimatika
  • Viżibbiltà mnaqqsa f’erba’ okkażjonijiet minħabba partikoli tat-trab u ċpar
  • Ħafna anqas xita mill-ammont mistenni f’dan iż-żmien tas-sena

Temperaturi ogħla min-norma klimatika u sigħat twal ta’ xemx ikkaratterizzaw ix-xahar ta’ Mejju, u żgur li niżlu tajjeb ma’ koppji li kellhom it-tieġ ippjanat għax-xahar li għadda. Madankollu, dan it-temp sabiħ kien interrott minn żewġ maltempati bir-ragħad u s-sajjetti, fit-12 u t-13 tax-xahar. 12.9 sigħat ta’ xemx irrekordjati fil-31 ta’ Mejju, ġabu x-xahar fi tmiemu fuq nota tassew imdawla.

Ix-xahar li għadda kien ħafna aktar xemxi milli mistenni, u fil-fatt gawda minn ’il fuq minn 21 siegħa aktar min-norma għal dan iż-żmien tas-sena. B’kuntrast, ir-rekords meteoroloġiċi juru li fl-14 ta’ Mejju ix-xemx ma ħarġet xejn u b’hekk dan kien l-aktar jum mudlam tax-xahar.

Barra minn hekk, kopertura ta’ sħab medja ta’ 2.7 oktas tindika li, b’mod ġenerali, sħab imferrex kien osservat mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tul ix-xahar. Madankollu, il-viżibbiltà kienet imnaqqsa f’erba’ okkażjonijiet differenti; fil-11 u t-12 ta’ Mejju minħabba partikoli tat-trab sospiżi fl-arja, u fis-6 u s-16 ta’ Mejju minħabba ċ-ċpar.

It-temperaturi medji tal-arja u tal-baħar f’Mejju t-tnejn kienu 1°C ogħla min-norma klimatika ta’ 19.8°C u 18.0°C rispettivament, u ħajru lil ħafna jaqbżu l-ewwel qabża l-baħar. It-temperatura minima l-aktar baxxa – 12.8°C – ġiet irreġistrata fl-ewwel ta’ Mejju, filwaqt li ogħla temperatura massima laħqet it-30.8°C fit-tieni Ġimgħa tax-xahar.

Dan il-jum kien pjuttost mirjieħ u fih ġiet irreġistrata buffura riħ ta’ veloċità ta’ 44 knot. Tul ix-xahar għamlet ukoll anqas xita milli mistenni u t-total imkejjel kien dak ta’ 0.6mm, jiġifieri 7.9mm anqas min-norma klimatika għal Mejju. Nida li niżlet fi tlitt ijiem separati kkontribwiet għal dan l-ammont.

Il-Ħadd li ġej se norqdu siegħa inqas

Dawk li għandhom l-irqad għal qalbhom ma tantx se jieħdu gost b’din l-aħbar li ġejja, dan hekk kif il-Ħadd li ġej se jkun qed jintemm il-ħin tax-Xitwa f’Malta, u għalekk fis-2:00 ta’ filgħodu se jkollna mmexxu l-arloġġ b’siegħa ‘l quddiem. Dan ifisser, siegħa inqas ta’ rqad.

B’din il-bidla, bosta li joħorġu kmieni għax-xogħol issa se jkunu qed jinzertaw ix-xemx tiela, dan għax issa l-ħin għat-tlugħ ix-xemx se jkun fis-6:56 ta’ filgħodu, filwaqt li l-ħin għal inżul ix-xemx se jkun fis-19:20 ta’ filgħaxija.

Il-Ħadd li ġej se jkun qed jimmarka wkoll l-aħħar Ħadd ta’ Marzu.

Frar b’iktar xemx u xita

Frar offrielna 183 siegħa ta’ xemx. Frar li b’mod ġenerali kien iktar kalm u xemxi mis-soltu.

Fl-istess waqt niżel total ta’ tnejn u sittin millimetru punt sebgħa ta’ xita, biex minkejja t-temp sabiħ kellna iktar xita milli mistenni f’dan ix-xahar tas-sena.

Xita li minkejja kollox ma kinitx ta’ problema għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival, minkejja li l-Ħadd u t-Tnejn tal-Karnival niżlu tmien millimetri punt erbgħa ta’ xita.

Aqra aktar

Karnival bl-umbrella? Imbassra ħalbiet tax-xita għall-kumplament tal-jum

Frar fawwar jimla l-bjar jgħid il-Malti u tul dan ix-xahar wieħed jistenna ħalbiet tax-xita, minkejja li dawk li jħobbu l-Karnival jitolbu li jinzerta temp sabiħ.

Illum mistennija possibiltajiet ta’ ħalbiet tax-xita iżolati. Il-jum mistenni li jkun il-biċċa l-kbira msaħħab, bit-temperatura tilħaq is-16-il grad celcius.

Ir-riħ, li ġej mit-Tramuntana, mistenni jkun bejn Forza 3 u Forza 4 tul il-jum, u tul il-lejl jiżdied bejn Forza 4 u Forza 5.

Aqra aktar

Se jkollna Frar mhux tas-soltu

Wara t-temp kiesaħ li għamel fl-aħħar xhur, huwa mistenni li jkollna temp xemxi tul Frar. Normalment Frar ikun l-aktar xahar kiesaħ iżda din is-sena jidher li dan mhux se jkun il-każ. Minkejja li t-temperatura xorta se tkun waħda Xitwija, xorta waħda qed jiġi mbassar li tkun aktar mit-temperatura medja ta’ Frar. Din mhux daqshekk aħbar tajba għal dawk li jħobbu l-maltemp, iżda dawk li diġa’ qed jgħoddu l-ġranet biex imorru jixxemxu, żgur li se jkunu qed jieħdu gost b’temperatura aktar sħuna.

Aqra aktar

Diċembru jġib fi tmiemha l-ħames l-aktar sena xotta fir-rekords

L-2016 kienet il-ħames l-aktar sena xotta mill-1923 ’l hawn. Għalkemm is-sena bdiet b’temperaturi kesħin u żewġ istanzi ta’ silġ f’Jannar, din spiċċat fuq nota aktar sħuna, b’Diċembru jirreġistra temperaturi li kienu kemxejn ogħla mill-medja.

Ħarsa ħafifa lejn it-temp li kkaratterizza l-2016 turi li matul is-sena li għaddiet it-temperaturi varjaw bejn minimu ta’ 5.9°C u massimu ta’ 37.5°C.

It-temperatura medja tal-baħar f’Diċembru kienet ta’ 18.9°C u waqgħet bejn it-temperatura medja l-aktar sħuna milħuqa f’Awwissu— 25.7°C — u dik l-aktar kiesħa rreġistrata f’Marzu — 15.9°C. It-temperaturi tal-arja għal Diċembru wkoll kienu pjuttost sħan u, fil-fatt, żammew medja ta’ 17.1°C tul ix-xahar.

Aqra aktar

Lulju mdawwal iktar mis-soltu

  • 8 siegħa ta’ xemx jagħmlu lil Lulju aktar imdawwal mis-soltu
  • Temperatura medja tal-baħar ogħla b’0.2°C min-norma
  • 4mm ta’ xita mkejla; id-doppju tal-ammont normalment mistenni f’Lulju

Aqra aktar

Send this to a friend